Referenza: 16/2003/1

Dettalji tas-Sentenza


Data
30/12/2003
Qorti
CIVIL FIRST HALL (CONSTITUTIONAL JURISDICTION)
Ġudikatura
MICALLEF JOSEPH R.
Partijiet
IL-PULIZIJA vs ZAMMIT ANTHONY ET
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Dettalji tal-Appellati


Appellata
Iva

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Fil-Qosor
L-artikolu 39(9) tal-Kostituzzjoni jipprovdi dwar id-dritt li l-ebda persuna li tkun ghaddiet minn procediment quddiem Qorti kompetenti dwar reat kriminali (sew jekk tkun inhelset mill-akkuza u sew jekk tkun instabet hatja) ma tista' terga' titressaq mixlija fi proceduri ohrajn dwar dak ir-reat jewxi reat iehor li ghalih setghet instabet hatja fl-ewwel procediment, ghajr fuq ordni ta' Qorti oghlamoghti matul il-kors ta' appell jew procedura ta' revizjoni tal-ewwel process. L-istess artikolujrid ukoll li hadd ma jitressaq mixli dwar reat kriminali li tieghu dik il-persuna tkun diga' nghatat mahfra. Tali principju jsib ix-xbieha tieghu ukoll fil-Kodici Kriminali, fil-kaz fejn persuna mixlija tinheles mill-akkuzi mressqin kontriha.

L-imsemmi sub-artikolu (9), jaghmel parti minn dak l-artikolu tal-Kostituzzjoni li jhares id-dritt ghal smigh xieraq gheluq zmien ragonevoli minn qorti indipendenti u imparzjali mwaqqfa b'ligi moghti lil kull persuna akkuzata b'reat.

Huwa wkoll stabilit li l-principju tan-ne bis in idem imhares fl-artikolu 39(9) tal-Kostituzzjoni jimplikali persuna li tkun ghaddiet minn process dwar reat, m'ghandha qatt terga' tghaddi minn process iehordwar tali reat jew dwar reati ohra li setghet tinstab hatja dwarhom f'dak l-ewwel process.

Fi kliem il-ligi, l-imsemmija dispozizzjoni ma tolqot 'l-ebda ligi li taghti s-setgha lil xi Qorti litisma' proceduri kontra membru ta' korp dixxiplinat ghal reat kriminali li dwaru dak il-membru (kemm jekk instab hati kif ukoll jekk inheles mix-xilja) jkun diga' ghadda minn proceduri dixxiplinari ta' dak il-korp. Izda, fil-kaz li l-Qorti ssib htija ta' membru bhal dak, ghandha tiehu qies ta' kull piena moghtija lill-membru taht il-proceduri dixxiplinari tal-korp.

L-artikolu 47(1) tal-Kostituzzjoni jfisser "korp dixxiplinari" bhala korp navali, militari jew tal-ajru tal-Gvern ta' Malta, il-Korp tal-Pulizija, kull korp iehor ta' pulizija mwaqqaf b'ligi f'Malta u s-servizz tal-habs ta'Malta. Bil-frazi "Qorti", l-istess artikolu jifhem Qorti f'Malta li ma tkunx imwaqqfa bi jew skondxi ligi dixxiplinarja. Filwaqt li "ligi dixxiplinarja" tghodd ghal ligi li tirregola d-dixxiplinata' korp dixxiplinat u ta' persuni li jkunu qed jiskontaw kundanni ta' habs. Fl-ahharnett, dwar korp dixxiplinat "membru" tfisser kull persuna li, skond il-ligi dixxiplinari ta' tali korp, tkun suggetta ghal dik id-dixxiplina.

Ghalkemm id-dispozizzjonijiet tal-artikolu 39(9) jixxiebhu ma' dawk tal-artikolu 4 tar-Raba' Protokoll tal-Konvenzjoni f'dak li huwa l-qofol tal-principju mahsub, bl-ebda mod ma jista' jsir tqabbil taghhom fuq il-livell ta' applikazzjoni jew tifsir. Ghalhekk, meta wiehed iqis il-principju tan-ne bis in idem ghall-finijiet ta' jeddijiet fondamentali tal-bniedem,wiehed irid izomm sewwa quddiem ghajnejh id-differenza bejn il-livell kostituzzjonali u dak konvenzjonali.

Dan is-sub-artikolu fil-Kostituzzjoni jaghti harsien usa' lill-persuna mixlija minn dak moghti mill-artikolu 527 tal-Kodici Kriminali, sewwasew ghaliex jgholli l-eccezzjoni tan-ne bisin idem ghal-livell ta' garanzija kostituzzjonali bil-konsegwenza li persuna li jkollha dan il-jeddmhedded jew attwalment miksur quddiem qorti kriminali ghandha l-jedd tirrikorri ghall-protezzjoni quddiem qorti ta' xejra kostituzzjonali. Izda dak l-artikolu huwa mliggem b'eccezzjoni li ma tinsabxfid-dispozizzjoni korrispondenti tal-Konvenzjoni.

Il-fatt li l-proceduri dixxiplinari ta' qabel quddiem tribunal li mhuwiex "Qorti" ghall-finijiet tal-Kostituzzjoni kienu jitqiesu bhala proceduri ta' ghamla kriminali ma jfixklu xejn it-tmexxija 'l quddiem ta' proceduri ohrajn quddiem Qorti kompetenti f'Malta. Dan ghaliex dik il-Qorti ghandha l-ewwel twettaq hidmietha kif imiss fil-ligi u mbaghad, jekk tasal ghall-fehma li kien hemm htija, tqis il-piena li setghet giet moghtija fil-proceduri ta' qabel meta tigi biex taghti l-piena skond is-sejbien tal-htija min-naha taghha.

Minbarra dan, l-istharrig tal-allegazzjoni imqanqla minn parti mixlija b'reat li dik il-procedura hija ripetizzjoni ta' procedura bhalha li diga' kienet ittiehdet kontriha ghall-istess reat ghandu jsir mill-Qorti li quddiemha titqanqal l-imsemmija eccezzjoni. Sakemm dan isir u l-fatt li dan isir, huwa meqjus bhala stadju procedurali li jzomm milli jsehh ksur tal-artikolu 39(9) tal-Kostituzzjoni. Danjinghad ghaliex biex ikun hemm ksur tad-dispozizzjoni tal-Kostituzzjoni, l-Qorti trid tkun injorat il-piena jew sanzjoni li l-persuna tkun diga' nghatat minn u taht il-proceduri dixxiplinari li kienusaru qabel, meta tigi biex tapplika piena hi ghas-sejbien ta' htija.

Din l-interpretazzjoni tat-test Kostituzzjonali tinjora ghal kollox il-fatt wahdu ta' procedura ripetuta fil-konfront tal-istess ghamil li persuna tkun wettqet. Fi kliem iehor, jista' jaghti l-kaz li persuna titressaq l-ewwel taht procedura dixxiplinari u tinheles, u terga' titressaq taht procedura quddiem Qorti dwar reat ghall-istess ghamil u tinheles ukoll. F'dan il-kaz, huwa minnu li ma tkunx batiet piena, imma hadd ma jista' jichad li hija tkun ghaddiet minn zewg proceduri ghall-istess fatt u mill-ansjeta' u t-tigrib kollu li dawn igibu maghhom. Jidher, izda, li l-eccezzjoni misjuba fil-proviso tal-artikolu 39(9) ma tqisx dan il-pregudizzju bhala ta' xkiel ghat-tehid ta' proceduri ohrajn ta' ghamla kriminali quddiem Qorti bla ma jkun hemm ksur tal-istess sub-artikolu. Biex ikun hemm ksur tad-dispozizzjoni relattiva tal-Kostituzzjoni irid jirrizulta li l-ewwel proceduri kienu ttiehdu minn "Qorti" kif imfissra fl-istess Kostituzzjoni.

Meta wiehed iqis kif inhu mibni l-imsemmi artikolu tal-Kostituzzjoni, u b'mod partikolari meta wiehed iqis sewwa l-parametri stretti tat-tifsiriet tal-kliemuzat u kif ukoll l-eskluzjoni misjuba fil-proviso tal-istess artikolu, il-Qorti tasal ghall-fehma lima jistax jinghad li t-tehid fil-konfront tal-akkuzati ta' proceduri quddiem il-Qorti tal-Magistrati bhala Qorti ta' Gudikatura Kriminali dwar eghmejjel li dwarhom l-istess akkuzati kienu diga' ghaddew minn proceduri dixxiplinari interni mill-awtoritajiet tal-Habs taht ir-Regolamenti fis-sehh, jikkostitwixxi ksur tal-Kostituzzjoni.

Min-naha l-ohra, l-aspett tal-principju tan-ne bis in idemkif applikat taht il-Konvenzjoni jiehu xejra xi ftit differenti minn dak li japplika taht il-Kostituzzjoni. L-artikolu 4 tas-Seba' Protokoll, li llum il-gurnata jaghmel bicca mil-ligi ta' Malta, jipprovdi li hadd ma jista' jigi pprocessat jew ikkastigat ghal darba ohra fi procediment kriminali taht il-gurisdizzjoni tal-istess Stat ghal xi reat li dwaru jkun gie ipprocessat (kemm jekk ikun inheles kif ukoll jekk ikun instab hati) skond il-ligi u l-procedura penali f'dak l-Istat. L-imsemmi artikolu jaghmel eccezzjoni fil-kaz li, skond il-ligi u l-procedura penali ta' xi Stat, kaz jista' jerga' jinfetah jekk ikun hemm provi ta' fatti godda li jkunu ghadhom kif irrizultaw, jew jekk fl-ewwelprocediment ikun sehh xi "vizzju fondamentali", li f'kull kaz minnhom jista' jkollhom effett fuq kifjisvolgi l-kaz. Ta' min jghid li l-imsemmi artikolu ma jippermetti l-ebda deroga minn Stat marbutmill-Konvenzjoni.

Dwar dan l-ahhar imsemmi artikolu 4, Il-fatt wahdu li jezisti bhala artikolu ghalih ma jnehhihx mill-ambitu tal-harsien ta' jedd ghal smigh xieraq kif imhares bl-artikolu 6 tal-Konvenzjoni, u dan il-fattur jidher li ghadu sal-lum il-gurnata mholli miftuh ukoll fid-decizjonijiet tal-organi gudizzjarji kompetenti konvenzjonali. Madankollu, lanqas ma jista' jinghad li l-artikolu 4 huwa ghal kollox haga wahda mal-artikolu 6, ghaliex fil-fatt m'huwiex, la fit-tfassila tieghuu lanqas fl-ghanijiet li ghalihom huwa mahsub. L-artikolu 6, bhala artikolu ta' firxa usa', iharesil-jedd ta' smigh xieraq kollu kemm hu, maghduda fih il-principju li, f'qasam penali, persuna ma tergax tghaddi proceduri kriminali dwar l-istess reat. Imma dan ma jfissirx li l-artikolu 4 tal-Protokoll huwa ghal kollox assorbit fl-artikolu 6 tal-Konvenzjoni. Kemm hu hekk, l-artikolu 4 huwa limitat ghal procedimenti ta' ghamla kriminali mehudin kontra l-istess persuna fl-ambitu tal-istess gurisdizzjoni ta' Stat partikolari.

Izjed minn hekk, dak l-artikolu ma jzommx milli persuna tigisuggetta ghal izjed minn procediment wiehed ta' karattru differenti, bhal fil-kaz ta' tehid ta' proceduri dixxiplinari u proceduri kriminali kontra l-istess persuna fl-istess gurisdizzjoni. Izda meta l-procedimenti dixxiplinari jkunu ta' ghamla u gravita' tali li jattiraw fuqhom l-applikabilita' tal-harsien tal-jeddijiet mahsuba taht l-artikolu 6 tal-Konvenzjoni, allura dan igib mieghu l-effettli jitqiesu wkoll dawk il-jeddijiet li jimxu id f'id mal-imsemmi artikolu, bhalma huwa l-principju tan-ne bis in idem mahsub fl-artikolu 4 tas-Seba' Protokoll.

Dak l-artikolu lanqas ma jzomm milli jittiehdu kontra l-istess persuna procedimenti ta' ghamla kriminali f'gurisdizzjonijiet differenti dwar l-istess ghamil. Fuq kollox, dak l-artikolu japplika biss dwar procedimenti precedenti lijkollhom it-timbru ta' gudikat. Jidher li, ghall-finijiet tal-Konvenzjoni, decizjoni titqies bhalagudikat meta tkun irrevokabbli u meta ma jkun ghad fadal l-ebda rimedju iehor disponibbli ghall-partijiet li jista' jibdel dik id-decizjoni.

Il-principju tan-ne bis in idem jimplika tabilfors li tkun tezisti sentenza jew decizjoni li tiswa (ghalkemm m'hux bilfors tkun wahda li fiha l-akkuzatikun instab hati) bhala ostaklu ghal procedura dwar l-istess reat warajha.

Fid-dawl ta' dakli ghadu kemm tfisser, jidher li jehtieg li wiehed jara l-ewwelnett x'inhi n-natura tal-procedura dixxiplinari mehuda mill-awtoritajiet tal-Habs u kif dawn il-proceduri jidhlu fil-qafas tal-jedd tan-ne bis in idem.

B'dan il-hsieb, il-Qorti temmen li tkun qeghda tindirizza z-zewg linji ewlenin mehudin mill-partijiet, u jigifieri (a) jekk tali proceduri humiex ta' natura tali li jservu ta'gudikat fuq xilja kriminali sussegwenti, u (b) jekk il-proceduri pendenti kontra l-akkuzati quddiemil-Qorti tal-Magistrati jikkostitwux ksur tal-jeddijiet fondamentali taghhom li ma jigux mill-gdid ipprocessati fuq ghamil li tieghu inghatat diga' decizjoni.

Dwar in-natura tal-procedimenti mizmuma mill-Bord tad-Dixxiplina u mit-Tribunal tal-Appell fil-konfront tal-akkuzati, jibda biex jinghad li m'hemm l-ebda dubju li dawn iz-zewg enti, ghalkemm m'humiex "qorti" fit-tifsira moghtija lill-kelma mill-Kostituzzjoni, huma t-tnejn imwaqqfa bis-sahha ta' ligi. Dan ifisser li l-ghamil taghhomirid ikun jaqbel mal-ligi li tahtha ssawru u mwettaq fil-limiti moghtija mill-istess ligi.

Il-Qorti irriteniet li s-sanzjonijiet li ghalihom kienu suggetti l-akkuzati meta ttiehdu kontra taghhom il-proceduri dixxiplinari mill-awtoritajiet tal-Habs kienu l-effett ta' "akkuza kriminali". Il-proceduri dixxiplinari mehuda kontra l-akkuzati mill-awtoritajiet tal-Habs jikkostitwixxu proceduri ta' ghamla "kriminali" ghall-finijiet tal-Konvenzjoni.

Dak li huwa essenzjali ghad-determinazzjoni ta' jekk it-"tieni" procediment jiksirx ir-regola tan-ne bis in idem hu jekk ir-reat li bih il-persuna tigi mixlija jikkostitwix ghamil bl-istess elementi tar-reat li dwaru dik il-persuna kienet diga' nstabet hatja. Jekk l-elementi jirrizultaw l-istess jew jirkbu fuq xulxin, allura t-tendenza hija li jkun hemm ksur tal-principju tan-ne bis in idem. Min-naha l-ohra, jekk l-ghamil wiehed jaghti lok ghal izjed minn reat punibbli wiehed, it-tehid ta' izjed minn procedura wahda fil-gurisdizzjoni tal-istess Stat dwar kull reat ma jiksirx dik ir-regola.

Din il-Qorti sabet li t-tressiq tal-akkuzati quddiem il-Qorti tal-Magistrati bhala Qorti ta' Gudikatura Kriminali mixlija bir-reat tal-harba mill-habs, wara li kienu ghaddew proceduri dixxiplinari fil-habs in konnessjoni ma' l-istessfatti, kien jikkostitwixxi ksur tal-jedd taghhom taht l-Artikolu 4 tas-Seba' Protokoll tal-Konvenzjoni.





Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment