Reference: 1555/1994/1

Judgement Details


Date
16/01/2002
Court
OF APPEAL (CIVIL, SUPERIOR)
Judiciary
SAID PULLICINO JOSEPH, FILLETTI JOSEPH A., DEPASQUALE FRANCO
Parties
FENECH ONOR. JOSEPH M. vs CAUCHI LOUIS ET
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
DRITTIJIET FONDAMENTALI TAL-BNIEDEM, BILANC BEJN LIBERTA` TA` ESPRESSJONI U DRITTIJIET TAL-PRIVAT - LIBELL, IDENTIFIKAZZJONI TA` PERSUNA - LIBELL, KIF IRID ISIR L-EZAMI TAL-ARTIKOLU INKRIMINAT - LIBELL, KONVINZJONI MORALI TAL-AWTUR - LIBELL, LIBELL FAMUZ - LIBELL, LIBERTA` TA` ESPRESSJONI - LIBELL, MALAFAMA
Summary
In materja ta' kritika ta' figuri pubblici u politici u ta' l-operat taghhom, kienet permessa latitudini wiesgha ta' fehmiet u opinjonijiet horox anke jekk mhux misthoqqha, u kultant ingusti.

L-istampa, pero`, ma nghatat ebda passaport ta' immunita' billi tibqa' dejjem il-htiega li jinzamm sens ta' proporzjon bejn il-liberta' ta' l-espressjoni u c-censura tal-malafama. Dejjem jehtieg li jinzamm bilanc bejn il-bzonn li f'socjeta' demokratika jithalla spazju sufficjenti ghal-liberta' li wiehed jikkritika u li jsemmi l-opinjoni u l-gudizzju tieghu, ma' l-bzonn l-iehor, xejn anqas mehtieg,tad-difiza ta' reputazzjoni, unur u l-isem tajjeb li kull persuna f'socjeta' demokratika ghandha kull dritt li tgawdi.

Naturalment pero' wiehed kellu jassumi r-responsabilita' ta' dak illi jghid propju ghaliex il-kontenut kien fih innifsu gravement malafamanti u jaghmel hsara gravi lejn minkien dirett.

Mhux lecitu li wiehed jaghmel addebiti malafamanti kontra persuna, anke lejn il-politiku, semplicement billi jostorhom taht il-kappa ta' "konvinzjoni morali" ghax dik il-konkluzzjoni kienet inevitabbli mil-fatti kif maghrufa.

L-ezercizzju tal-Qorti fl-evalwazzjoni tal-artikolu inkriminat kellu jkun wiehed oggettiv biex tara jekk dak li nkiteb u gie prezentat bhala fattlill-qarrejja kienx wiehed jew le malafamanti fil-konfront tal-persuna li lejha l-addebitu kien dirett. Dan naturalment hu differenti mill-atteggjament soggettiv tal-Qorti fis-sens illi tapplika l-kriterju li hi ma waslitx ghall-istess konkluzzjonijiet jew konvinciment morali li wasal ghalih il-libellant.

Hu kontrosens li wiehed isostni li l-artikolu ma kienx dirett lejn il-persuna ta' l-libellat, meta fl-istess hin wiehed jiddikjara li ma jistax jeskludi li l-artikolu kien dirett lejh.Mill-banda l-ohra wkoll, jekk il-qarrej ordinarju, fic-cirkostanzi partikoli li fihom inkiteb l-artikolu, inevitabilment identifika lill-libellat bhala l-persuna li ghaliha kien japplika l-artikoluinkriminat ikun hemm l-element malafamanti fil-konfronti tal-libellat.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment