Referenza: 205/1993/1

Dettalji tas-Sentenza


Data
15/01/2002
Qorti
OF APPEAL (CIVIL, SUPERIOR)
Ġudikatura
SAID PULLICINO JOSEPH, FILLETTI JOSEPH A., DEPASQUALE FRANCO
Partijiet
MICALLEF ST JOHN CARMELO ET vs SPITERI RICHARD ET, SPITERI JOSEPH
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
KOLLIZJONI, DOVERI TA` MIN ISUQ - KOLLIZJONI, DOVERI TA` PEDESTRIAN - KOLLIZJONI, KAWZA PROSSIMA U IMMEDJATA TAL-INCIDENT - KOLLIZJONI, KONDIZZJONI AMBJENTALI - KOLLIZJONI, META L-PEDESTRIAN IKUN MIEXI QUDDIEM IS-SEWWIEQ LI JKUN TAJRU - KOLLIZJONI, META S-SEWWIEQ MA JARAX IL-VITTMA QABEL L-INCIDENT - KOLLIZJONI, PROPER LOOKOUT - KOLLIZJONI, REAZZJONI TAL-VITTMA - KOLLIZJONI, RELEVANZA TA` KONTRAVENZJONI TA` XI REGOLAMENT TAT-TRAFFIKU - KOLLIZJONI, RESPONSABILITA` TA` MIN IHALLI LIL PERSUNA SSUQ VETTURA MHUX LICENZJATA U ASSIGURATA - PRESKRIZZJONI, AZZJONI CIVILI GHAD-DANNI DERIVANTI MINN OMICIDJU INVOLONTARJU - PRESKRIZZJONI, AZZJONI CIVILI GHALL-HSARAT KAGUNATI B`REAT
Fil-Qosor
Mhux kull infrazzjoni tar-Regolamenti tat-Traffiku jew agir skorrett jew delitwuz minn xi parti involuta f'incident stradali kienet necessarjament rilevanti ghad-determinazzjoni tar-responsabbilita' ghad-danni. Il-Qorti kellha fl-indagini taghha tfittex biex tiddetermina x'kienet il-kawza prossimaw immedjata ta' l-incident u jekk il-persuni nvoluti bil-komportament taghhom kienux direttament ipprovokaw l-incident jew ikkontribwew ghalih.

Il-fatt illi sewwieq ma kellux licenzja tas-sewqan u ma kienx kopert b'polza ta' assigurazzjoni waqt illi kien qed isuq, fih innifsu, ma kienx jikkostitwixxi prova rilevanti ghal fini ta' responsabbilita' jekk ma jigix pruvat illi l-istess sewwieq saq b'mod negligenti w imprudenti u li kien minhabba f'hekk illi sehh is-sinistru. Il-fatt illi kienghadu minorenni u ma kellux licenzja hi rrilevanti ghall-fini ta' l-akkuzi kriminali migjuba kontrih f'dak il-foro pero' in civilibus kien biss marginalment rilevanti bhala prova jekk il-fattur ta' l-eta' kien xhieda ta' l-imperizja tieghu fis-sewqan.

L-istess mill-banda l-ohra l-fatt illi pedestrian, seta' ma osservax dak li hu suggerit mill-Highway Code li kellu jaghmel biex jipprotegi ruhu kontra l-possibbilita' ta' incident, ma kienx ghall-fini ta' responsabbilita' rilevanti sakemm ma jigix pruvat illi bil-komportament tieghu huwa kien pozittivament ikkontribwixxa jew ipprovoka s-sinistru.

Il-fatt li wiehed seta' kien f'posizzjoni, kieku agixxa mod iehor, li jirreagixxi tempestivament "in the agony of the moment" biex jevita d-dannu ma kienx necessarjament jirrendih responsabbli jew ko-responsabbli ghall-incident fih innifsu. Dik il-possibbilita' ma kenitx minn naturataghha element li tiddetermina r-responsabbilita' ghall-incident, li f'dak il-mument, ikun diga' inactu kawzat minn negligenza u traskuragini tal-parti l-ohra nvoluta. Kien dan l-agir illi kellu jitqies il-kawza prossima w immedjata tieghu.

Fil-waqt illi indubbjament wiehed kellu jezaminal-komportament tal-pedestrian fit-triq biex wiehed jasal ghall-konkluzzjoni jekk dan kienx b'xi modipprovoka jew ikkontribwixxa ghall-akkadut, kien essenzjalment il-komportament tas-sewwieq tal-vettura illi tajritu illi kellu qabel xejn jinteressa lill-gudikant. Dana ghaliex hu stabbilit illi f`kaz fejn il-pedestrian kien il-hin kollu quddiem il-vettura kien kjarament mistenni illi s-sewwieq taghha, pjenament in kontroll tal-vettura, jkun il-hin kollu f'posizzjoni li jirrealizza x'attivita' kien qed jigri quddiemu fit-triq biex fejn hemm bzonn tempestivament jevita kull ostakolu.

Ic-cirkostanzi ambjentali fil-mument tal-incident setghu naqqsu lis-sewwieq il-possibbilita' li jara sewwa x'kien qed jigri minhabba d-dlam, jew minhabba l-mument jew il-hin meta sehh l-incident ma kienuxrelevanti. Aktar ma kien hemm diffikultajiet ta' din ix-xorta akbar kellha tkun l-attenzjoni tas-sewwieqa.

It-terminu preskrittiv ta' l-azzjoni civili ghall-hlas u risarciment tad-danni konsegwenzjali ghall-akkuza ta' omicidju involontarju kellu jkun dak ta' hames snin, terminu li jestendiwkoll ghall-azzjoni in kwantu diretta kontra l-missier li taht is-setgha, it-treggija w il-hsieb tieghu kellu lill-ibnu minuri. Dan ghaliex hu wkoll kien ikun suggett ghall-istess piena jekk jigi ppruvat illi naqas mill-obbligu tieghu li jgieghel illi l-ligi tigi mharsa minn ibnu minuri u jekk jigippruvat li dak li sehh seta' jigi evitat fid-diligenza da parti tieghu.

Missier illi jippermetti lil ibnu minuri li jsuq karozza fit-triq ikun qed jonqos ghall-obbligi tieghu bhala bonus paterfamilias u huwa passibbli ghad-danni kagonati minn ibnu waqt is-sewqan.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment