Reference: 23/2008

Judgement Details


Date
29/07/2010
Court
CIVIL FIRST HALL (CONSTITUTIONAL JURISDICTION)
Judiciary
MICALLEF JOSEPH R.
Parties
GATT JOSEPH JOHN vs REGISTRATUR TAL-QRATI ET
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Summary
Din hija azzjoni dwar ksur ta' jedd fundamentali ta' smigh xieraq fi zmien ragonevoli b'rizultat ta'proceduri kriminali li ntemmu bil-helsien tar-rikorrent wara bosta snin. Ir-rikorrent qed jilmentaminn ksur kemm tal-artikolu 39(1) tal-Kostituzzjoni u kif ukoll mill-artikolu 6(1) tal-Konvenzjoni.

L-artikolu 39(1) tal-Kostituzzjoni jipprovdi li “Kull meta xi hadd ikun akkuzat b'reat kriminali huwa ghandu, kemm-il darba l-akkuza ma tigix irtirata, jigi moghti smigh xieraq gheluq zmien ragonevoli minn qorti indipendenti u imparzjali mwaqqfa b'ligi”. L-artikolu 6(1) tal-Konvenzjoni fil-parti rilevanti ghal din il-kawza jipprovdi li “Fid-decizjoni tad-drittijiet civili u tal-obbligi tieghu jew ta' xi akkuza kriminali kontra tieghu, kulhadd huwa intitolat ghal smigh imparzjali u pubbliku fi zmien ragonevoli minn tribunal indipendenti u imparzjali mwaqqaf b'ligi”. Id-dispozizzjonijiettal-artikolu 39(1) tal-Kostituzzjoni huma mahsuba biex jassiguraw il-harsien taz-zewg principji tal-haqq naturali tal-audi alteram partem u tan-nemo judex in causam propriam.

Id-dritt ghal smigh xieraq gheluq zmien ragonevoli, madankollu, m'huwiex xi dritt illimitat, imma huwa regolat ragonevolment bil-procedura li tkun fis-sehh minn zmien ghal zmien. Jekk il-procedura tistabilixxi regolibiex bihom jithaddem is-smigh kif imiss tal-kawzi, in-nuqqas ta' tharis tal-istess regoli a skapituta' xi parti ghandu, fil-fehma meqjusa ta' din il-Qorti, igib mieghu censura u jaghti lok ghal rimedju, izjed u izjed jekk ghan-nuqqas ta' tharis imsemmi l-parti ma jkollha l-ebda sehem jew htija.

Id-dritt fondamentali tal-individwu li jkollu l-kawza tieghu mismugha b'mod xieraq u fi zmienragonevoli timponi fuq l-Istat li jhares id-Dritt li jassigura l-ezistenza u z-zamma fis-sehh ta' sistema efficjenti ta' amministrazzjoni ta' gustizzja. Dan jitnissel billi l-Istat jipprovdi strutturi, rizorsi u ghodod li bihom il-Qrati jkunu jistghu jwettqu xogholhom kif imiss.

Jekk minhabba l-inadekwatezza tal-istrutturi li tfasslu biex tithaddem il-makna tal-amministrazzjoni tal-gustizzja jbati bla htija c-cittadin, l-Istat irid jaghmel tajjeb ghal tali tbatija.

Fil-qies tal-kriterju tar-ragonevolezza fil-mixi 'l quddiem ta' smigh ta' kawza ta' indoli kriminali m'hemm l-ebda terminu assolut u m'hemm l-ebda fattur partikolari li wahdu huwa determinanti. Ic-cirkostanzi kollha maghdudin flimkien b'effett kumulattiv ghandhom ikunu bazi tajba biex jitqies il-kriterju tar-ragonevolezza fid-dewmien procedurali.

Il-htiega ta' smigh xieraq fi zmien ragonevoli, kemm taht il-Kostituzzjoni u kif ukoll taht il-Konvenzjoni tinbena fuq il-fatt li (a) id-dewmien iqieghed fil-periklu l-effettivita` u l-kredibilta` tal-gustizzja; (b) il-htiega li l-persuna mixlija tinghatal-opportunita' ta' difiza xierqa w effettiva (c) d-dewmien johloq fil-persuna mixlija li tithalla hekk ghal zmien twil stat ta' incertezza fuq il-verdett tal-innocenza jew il-htija taghha u fuq x'sejjer ikun id-destin taghha; u (d) d-dewmien ta' proceduri kriminali ghandu effett negattiv fuq il-fama tal-persuna mixlija.

It-tkejjil tar-ragonevolezza taz-zmien fil-kaz ta' proceduri kriminali huwa meqjus li generalment jibda jghodd (“dies a quo”) mill-waqt li l-persuna ssir taf x'inhi l-akkuza li qieghda ssir kontra taghha, ghaliex hu minn tali waqt li jibda l-interess taghha li l-akkuza tkun determinata u maqtugha. Dan ifisser li mhux tabilfors li z-zmien jibda minn x'hin il-persunatkun mixlija formalment, izda jista' jibda minn x'hin il-persuna tkun mgharrfa li qieghda taht stharrig u li tkun qieghda tinzamm taht arrest preventiv minhabba dak l-istharrig sakemm issir l-ghazlajekk titressaqx mixlija formalment quddiem Qorti. Dak iz-zmien jibqa' jitkejjel sakemm (“dies ad quem”) iz-zmien tal-incertezza mahluqa bil-pendenza tal-procedura jkun intemm. Dan isehh jew mal-ghoti tas-sentenza li tkun jew mal-gheluq taz-zmien li minnha seta' sar appell.

Il-process kollukontra r-rikorrent beda f'Marzu tal-2000 u s-sentenza li temmet il-process kollu nghatat f'Ottubru tal-2007. Il-fatt wahdu li s-sentenza helset lir-rikorrent minn kull xilja ma jgibx li l-process kien wiehed fieragh jew li sar b'mod vessatorju. Minn dak iz-zmien, il-gbir tal-provi dam sejjer sa Novembru tal-2004, ghalkemm kien hemm bosta differimenti li fihom, ghal haga jew ghal ohra, ma kien sar xejn. Minn dak inhar sa Ottubru tal-2007, il-kaz kien imholli ghas-sentenza.

F'dawn ic-cirkostanzi, l-Qorti tifhem li r-rikorrent ma kellu l-ebda htija jew sehem u ma jistax jitghabba b'dawnin-nuqqasijiet procedurali ghax ma ntweriex li kien hu li inducihom. Dawn in-nuqqasijiet jaqghu fil-parametri tal-imgiba tal-awtoritajiet kompetenti u li ghaliha jridu jwiegbu huma. Il-Qorti ma ssibxli r-rikorrent kien b'xi mod ikkontribwixxa biex twal iz-zmien li hadet il-kawza tieghu, ghaldaqstant tikkonkludi li kien hemm ksur tas-smigh xieraq f'gheluq zmien ragonevoli minhabba d-dewmien.

Dwar il-kwestjoni tal-kumpens li jithallas f'kaz ta' sejbien ta' ksur tal-artikolu 39 tal-Kostituzzjoni jew tal-artikolu 6 tal-Konvenzjoni, l-ghoti ta' kumpens huwa fakultativ, ghaliex dikjarazzjoni li sehh ksur tal-jedd ta' smigh xieraq wahedha tista' sservi sakemm rimedju bhal dak jista' jitqies bhala wiehed effettiv u effikaci li jizgura lill-parti mgarrba r-restitutio in integrum tal-jeddijiet taghha. Min-naha l-ohra, jekk kemm-il darba l-Qorti tqis li jkun xieraq li taghti lill-persunamgarrba xi sura ta' kumpens dan m'ghandux ikun ezercizzju ta' komputazzjoni ta' danni bhalma jsir, per ezempju, fi process civili normali. Inghad mill-Qrati taghna li “kawza kostituzzjonali ghal dikjarazzjoni ta' lezjoni ta' dritt fondamentali m'ghandhiex tigi konvertita f'kawza ghal danni akwiljani. Meta jigi riskontrat dewmien skond l-artikolu 6, ir-rimedju ghandu jkun, bhala regola, kumpens konsistenti f'danni morali li jkunu jirrispekkjaw id-dewmien ingustifikat, u dan indipendentement min-natura tal-kawza jew il-valur tal-proprjeta' in kontestazzjoni, u bla pregudizzju ghad-danni materjali ossija reali li dak id-dewmien seta' effettivament ikkawza”.

Il-Qorti ssib li: l-mod kiftmexxa s-smigh tal-kawza quddiem il-Qorti tal-Magistrati gab dewmien mhux misthoqq fil-ligi; ssib lil-imsemmi dewmien jissarraf fi ksur tal-jedd tieghu ghal smigh xieraq f'gheluq zmien ragonevoli skond l-artikolu 39(1) tal-Kostituzzjoni u l-Artikolu 6(1) tal-Konvenzjoni; tillikwida d-danni morali ghall-ksur minnu mgarrab fis-somma ta' € 1,500, tikkundanna lill-intimati jhallsu lir-rikorrent dik is-somma bhala kumpens ghal tali ksur; u tordna lill-intimati jhallsu ukoll l-ispejjez tal-kawza.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info