Referenza: 91/1997/2

Dettalji tas-Sentenza


Data
26/03/2010
Qorti
OF APPEAL (CIVIL, SUPERIOR)
Ġudikatura
CARUANA DEMAJO GIANNINO, MICALLEF JOSEPH R., CUSCHIERI NOEL
Partijiet
TAR-ROBBA LIMITED vs KALIBARDI CONSTRUCTION LTD.
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
BEJGH; OGGETT MIBJUGH MHUX TAL KWALITA MIFTEHMA
Fil-Qosor
Filwaqt li hu ammess li fil-kaz fejn ix-xerrej jigi mfittex mill-bejjiegh ghall-hlas tal-prezz jew tal-bilanc, ix-xerrej jista' jilqa' b'eccezzjoni li l-haga mibjugha ma kinitx tal-kwalita' miftehma,hu mistenni li x-xerrej, malli jinduna bid-difett, jirritorna l-oggett jew jiddepozitah taht l-awtorita' tal-qorti. Pero', il-kazi jvarjaw u huma dipendenti fuq ic-crikostanzi spejcali tal-kas konkret. In linea ta' principju generali, jeziztu wkoll kazijiet eccezzjonali fejn ir-ritorn lura lill-venditur ta' l-oggett mibjugh ma tkunx fizikament possibbli. Il-kaz prezenti hu wiehed minn dawn. Kemm prattikament kif ukoll ragjonevolment huwa impossibbli illi l-konkos imqieghed in situ, jigi hekkritornat lura lis-socjeta' attrici, jew altrimenti depozitat. Kwindi l-agir tas-socjeta' konvenutama jistax jigi censurat, u ma jistax jinghad li hija tilfet id-dritt li tilmenta dwar il-kwalita' inferjuri tal-konkos ghas-semplici fatt li ma oggezzjonatx mal-konsenja.”

L-artikolu 1390 jghid testwalment hekk:

“Jekk il-haga li l-bejjiegh igib biex jikkunsinna ma tkunx tal-kwalita'mwieghda, jew ma' tkunx bhall-kampjun li fuqu l-bejgh ikun sar, ix-xerrej jista' jaghzel jew li jirrifjuta l-haga u jitlob id-danni, jew li jircievi l-haga bi prezz anqas fuq stima ta' periti.”




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni