Reference: 9/2008

Judgement Details


Date
29/09/2009
Court
CIVIL FIRST HALL (CONSTITUTIONAL JURISDICTION)
Judiciary
MICALLEF JOSEPH R.
Parties
VELLA FRANCIS vs AVUKAT GENERALI
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Appealed Details


Appealed
Yes

Keywords / Summary


Keywords
ARTIKOLU 39 TAL-KOSTITUZZJONI - ARTIKOLU 527 TAL-KODICI KRIMINALI - ARTIKOLU 6 (3) U 4 TAS-SEBA PROTOKOLL TAL-KONVENZJONI TAD-DRITTIJIET FUNDAMENTALI TAL-BNIEDEM - ARTIKOLU 6 TAL-KODICI KRIMINALI - NE BIS IN IDEM - SMIGH XIERAQ
Summary
B'din l-azzjoni r-rikorrent jilminta li nkiser il-jedd tieghu ghal smigh xieraq meta, b'kawzi maqtugha mill-Qrati ta' kompetenza civili, kien kundannat irodd lura lill-atturi hwejjeg ta' pregju misruqa li nstabu fil-pussess tieghu u jhallas danni lill-istess kontro-parti ghal dawk il-hwejjeg li ma nstabux, minkejja li zmien qabel kien ghadda minn processi kriminali dwar l-istess hwejjeg fejn hu kien inheles mill-akkuzi mressqa kontrih. Jghid li, b'dan il-mod, huwa garrab pregudizzju ta' kundanna f'sedi civili meta kien mehlus minn tali kundanna f'sedi penali. Jghid li dan l-effett sehh minhabba dak li jipprovdi l-artikolu 6 tal-Kodici Kriminali. Irid li l-Qorti ssib li dak l-artikolu jikser id-dritt fundamentali ta' smigh xieraq u dak li jipprovdi li l-ebda persuna m'ghandha titressaq biex twiegeb darbtejn ghall-istess ghamil taghha. Irid ukoll li l-Qorti thassar is-sentenzi tal-qraticivili li nghataw bi ksur tal-imsemmija jeddijiet. U jrid li din is-sentenza tghodd ukoll ghal dawkil-kawzi li ghadhom qeghdin jistemghu dwar kwestjonijiet relatati quddiem il-qrati ta' kompetenza civili.

Il-qofol tal-konsiderazzjonijiet ta' dritt marbutin mal-ilmenti tar-rikorrent idur madwar l-effett u l-firxa ta' dak li jipprovdi l-artikolu 6 tal-Kodici Kriminali. Ir-rikorrent jghid li ladarba fil-proceduri kriminali kien inheles mill-akkuza ta' ricettazzjoni u serq dwar bosta mill-oggetti li nstabu fid-dar tieghu, ma kienx sewwa li, taht l-iskuza ta' procedimenti ta' xejra civili, jinstab hati mill-gdid ta' zamma illecita tal-istess hwejjeg. Huwa ghalhekk jilminta li minhabbaf'hekk garrab pregudizzju li jissarraf fi ksur tal-jeddijiet fundamentali tieghu kif imharsin fl-artikoli 39 tal-Kostituzzjoni u artikoli 6(3) u 4 tas-Seba' Protokoll tal-Konvenzjoni.

Il-Qortitqis il-kwestjoni taht id-dispozizzjonijiet li fuqhom tressqet il-kawza, izda ma tarax kif jistghu jghoddu ghall-kaz id-dispozizzjonijiet tal-artikolu 6(3) tal-Konvenzjoni. Dak l-artikolu jitkellem dwar garanziji minimi addizzjonali tal-imputat fi proceduri kriminali, filwaqt li r-rikorrent qieghedjilminta minn ksur tal-jeddijiet tieghu fil-kawzi ta' natura civili. Ir-rikorrent ma jressaq l-ebda lment dwar il-proceduri kriminali li huwa ghadda minnhom. Ghall-kuntrarju, huwa jghid li l-hsara qieghed igarrabha sewwasew ghaliex “rega' nstab hati” waqt proceduri civili ghal xi ghamil jew fatt li ma kienx instab hati ghalih tul il-proceduri kriminali. Ghalhekk, fin-nuqqas ukoll ta' sottomissjonijiet min-naha tal-istess rikorrent, il-Qorti ma tistax issib li ntwera tajjeb bizzejjed li r-rikorrent garrab ksur tal-jedd imhares taht l-artikolu 6(3) tal-Konvenzjoni jew kif l-imsemmi artikolu jghodd ghall-kaz tieghu.

Dwar l-aspett Kostituzzjonali tal-principju tan-ne bis in idem jinghadli l-artikolu 39(9) tal-Kostituzzjoni jipprovdi dwar id-dritt li l-ebda persuna li tkun ghaddiet minn procediment quddiem Qorti kompetenti dwar reat kriminali (sew jekk tkun inhelset mill-akkuza u sew jekk tkun instabet hatja) ma tista' terga' titressaq mixlija fi proceduri ohrajn dwar dak ir-reatjew xi reat iehor li ghalih setghet instabet hatja fl-ewwel procediment, ghajr fuq ordni ta' Qorti oghla moghti matul il-kors ta' appell jew procedura ta' revizjoni tal-ewwel process. L-istess artikolu jrid ukoll li hadd ma jitressaq mixli dwar reat kriminali li tieghu dik il-persuna tkun diga' nghatat mahfra. Tali principju jsib ix-xbieha tieghu ukoll fil-Kodici Kriminali, fil-kaz fejn persuna mixlija tinheles mill-akkuzi mressqin kontriha.

L-Artikolu 39 (9) tal-Kostituzzjoni jaghti harsien usa' lill-persuna mixlija minn dak moghti mill-artikolu 527 tal-Kodici Kriminali, sewwasew ghaliex jgholli l-eccezzjoni tan-ne bis in idem ghal-livell ta' garanzija kostituzzjonali bil-konsegwenza li persuna li jkollha dan il-jedd mhedded jew attwalment miksur quddiem qorti kriminali ghandha l-jedd tirrikorri ghall-protezzjoni quddiem qorti ta' xejra kostituzzjonali. Izda dak l-artikolu tal-Kostituzzjoni huwa mliggem b'eccezzjoni (li f'dan il-kaz tal-lum m'hijiex rilevanti) li ma tinsabxfid-dispozizzjoni korrispondenti tal-Konvenzjoni.

Meta wiehed jitkellem dwar l-eccezzjoni tan-ne bis in idem fil-qasam tad-dritt penali taht l-ordinament guridiku taghna, wiehed iqis li jehtiegjintwera li l-persuna li tkun tqieghdet taht akkuza ohra trid tkun l-istess wahda li kienet tqieghdet taht l-ewwel procedura u wkoll li tkun hekk tressqet dwar l-istess fatt. Bl-espressjoni ‘l-istessfatt' wiehed ghandu jifhem il-fatt fizikament rigwardat, konsistenti ghalhekk kemm fl-element materjali - att ta' kommissjoni jew ommissjoni - kif ukoll dak formali tieghu. Mhux bizzejjed li l-fattikun jirrigwarda l-istess oggett; hekk, per ezempju, min f'okkazjoni partikolari jaghmel hsara volontarja fuq proprjeta' ta' haddiehor u f'okkazjoni ohra jerga' jaghmel l-istess tip ta' hsara fuq l-istess proprjeta' ma jista' bl-ebda mod jecepixxi r-res judicata. Madankollu, ghall-finijiet ta' stharrig ta' ksur ta' jedd fundamentali, tajjeb li wiehed izomm quddiem ghajnejh li, filwaqt li l-artikolu 527 tal-Kodici Kriminali jitkellem dwar “l-istess fatt”, l-artikolu 39(9) tal-Kostituzzjoni jitkellem dwar “(l-istess) reat”.

Il-garanziji kostituzzjonali ma jistghux ikunu applikati b'xehha jew b'anqas qawwa meta mqabblin mal-garanziji li taghti l-“ligi ordinarja” kif tinsab fil-Kodici Kriminali.

Ghal dak li jirrigwarda l-aspett tal-principju tan-ne bis in idem taht il-Konvenzjoni kif applikat taht il-Konvenzjoni dan jiehu xejra xi ftit differenti minn dak li japplika taht il-Kostituzzjoni. L-artikolu 4 tas-Seba' Protokoll, li llum il-gurnata jaghmel bicca mil-ligi ta' Malta, jipprovdi li hadd ma jista' jigi pprocessat jew ikkastigat ghal darba ohra fi procediment kriminali taht il-gurisdizzjoni tal-istess Stat ghal xi reat li dwaru jkun gie ipprocessat (kemm jekk ikun inheles kif ukoll jekk ikun instab hati) skond il-ligi u l-procedura penali f'dak l-Istat. L-imsemmiartikolu jaghmel eccezzjoni fil-kaz li, skond il-ligi u l-procedura penali ta' xi Stat, kaz jista'jerga' jinfetah jekk ikun hemm provi ta' fatti godda li jkunu ghadhom kif irrizultaw, jew jekk fl-ewwel procediment ikun sehh xi “vizzju fondamentali”, li f'kull kaz minnhom jista' jkollhom effett fuq kif jisvolgi l-kaz.

Il-principju tan-ne bis in idem jimplika tabilfors li tkun tezisti sentenza jew decizjoni li tiswa (ghalkemm mhux bilfors tkun wahda li fiha l-akkuzat ikun instab hati)bhala ostaklu ghal procedura dwar l-istess reat warajha.

L-artikolu 4 tas-Seba' Protokoll jipprovdi li persuna ma tistax titressaq mixlija bl-istess reat li minnu tkun diga' ghaddiet proceduri - kemm jekk tahthom instabet hatja u kemm jekk kienet inhelset - li jkunu ntemmu b'sentenza li saret gudikat. Ghalhekk, il-fatt wahdu li, f'xi cirkostanzi, jista' jkun hemm id-duplikazzjoni ta' procedimenti - l-aspett tal-“bis” - m'ghandux ikun il-kejl wahdieni li bih jitqies jekk ikunx hemm tassew ksur tar-regola mahsuba f'dawk l-artikoli.

Din il-Qorti tikkonkludi billi ma ssibx li l-artikolu 6 tal-Kodici Kriminali jikser il-jeddijiet tar-rikorrent kif imharsin bl-artikolu 39 tal-Kostituzzjoni u l-artikoli 6 u 4 tas-Seba' Protokoll tal-Konvenzjoni safejn dak l-artikolu jaghti fakulta' li persuna misjuba mhux hatja penalment tigi misjuba hatja fi process civili.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info