eCourts
Civil Cases
Judgements
Insolvencies
Judicial Sales
Hall Usage
Services
Get Mobile Notifications
Pay Court Fines
Pay Court Registry Fees
Help
Chat
Malti
English
Log In
Home
Search Judgements
Details
Reference: 5/2007
Download
Judgement Details
Date
10/12/2008
Court
OF APPEAL (CIVIL, INFERIOR)
Judiciary
PACE RAYMOND C.
Parties
BORG GAETANO vs L-AWTORITA TA' MALTA DWAR L-AMBJENT U L-IPPJANAR
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT
Linked Case
BORG GAETANO vs L-AWTORITA TA' MALTA DWAR L-AMBJENT U L-IPPJANAR - 5/2007 - OF APPEAL (CIVIL, INFERIOR), MALTA ENVIRONMENT AND PLANNING AUTHORITY
Keywords / Summary
Keywords
APPELL; ZVILUPP MHUX ACCETTABBLI F AREA RESIDENZJALI
Summary
L-appellanti kien issottometta applikazzjoni sabiex jinhareg permess fuq il-garaxx proprjeta' tieghughall-change of use of part of garage to cold store, u dan relatat max-xoghol tieghu ta' hazna tal-hut u meta huwa wkoll il-proprjetarju tal-bini adjacenti ghall-istess garaxx.
Din l-applikazzjoni giet rifjutata ghaliex il-cold store propost ma kienx zvilupp accettabbli f'area residenzjaliu jkollu effett negattiv fuq l-istess area minhabba hsejjes u hinijiet ta' operazzjoni u rwejjah ughalhekk dan jikkostitwixxi bad neighbour development u jmur kontra l-Pjan ta' Struttura Policy BEN 1 li jara li jipprotegi z-zona ghall-izvilupp li kienet intenzjonat ghalih, u wkoll ghaliex l-istess zvilupp kellu jigi allokat f'Industrial Area skond l-Iskemi Temporanji ta' Zvilupp konformament mal-Pjan ta' Struttura fejn skond Policy IND 12 jinghad li warehousing (including cold storage) is promoted with industrial estates.
Sar appell quddiem il-Bord ta' l-Appell dwar l-Ippjanar fejn inghad li dwar hsejjes sar tibdil sabiex inaqqas l-istess. Pero' l-Awtorita' xorta wahda opponietghaliex sostniet li l-istess zvilupp ma huwiex permissibbli f'zona residenzjali, filwaqt li jkun hemm tnaqqis ta' on-site parking provision peress li l-istess cold store kien ser jiehu l-area kollha tal-garaxx u b'hekk ikun hemm ksur tal-Structure Plan Policy TRA 4.
L-istess Bord innotali r-raguni ta' rifjut kienet wahda dwar l-impatt li l-istess zvilupp jista' jkollu fuq l-uzu residenzjali, u l-Pjan ta' Struttura jahseb sabiex jipprotegi l-istess zoni tant li skond Policy IND 12tispecifika li dawn il-cold stores ahjar isiru f'zona industrijali jew ta' warehousing, u l-Bord hass li z-zona ma ghandhiex ticcahhad minn protezzjoni aktar qawwija li tigi miz-zoning kif specifikatfil-Pjan ta' Struttura, u ghalhekk l-appell gie michud.
L-appell odjern huwa bbazat fuq il-vantazzjoni li ghal dan il-kaz tapplika is-South Malta Local Plan - SMHO 02 li jipprovdi li jistghu jsiru certu zviluppi f'zoni residenzjali msejjha bhala Residential Areas u l-appellanti jsostni li kienet l-istess policy li kellha tapplika ghall-kaz in ezami peress li fl-istess pjan lokali l-izvilupppropost mill-applikant bhala cold store huwa permissibbli.
Din il-Qorti ta'l-Appell thoss lidan l-aggravju huwa punt ta' dritt li gie kkunsidrat mill-Bord u dan peress li jittratta dwar allegata applikazzjoni ta' policies ghall-kaz de quo, fis-sens li l-appellant qed jghid li gew applikatipolicies zbaljati ghall- kaz in ezami, meta fil-fatt kellhom jigu applikati policies ohra. Dan ifisser li l-istess appellant qed jallega li giet applikata l-ligi zbaljata ghall-kaz in ezami u dan jammonta ghall-punt ta' dritt taht l-Artikolu 15 (2) tal-Kap. 365.
Din il-Qorti tinnota wkoll lil-istess appellant lanqas indika kif dan il-kaz jaqa' taht il-policy minnu citata ghaliex mkien ma'hemm indikat li cold storage huwa wiehed mill-izviluppi li jistghu jigu permessi. Jidher li ghal dakli huwa l-kaz odjern l-istess Pjan Lokali bl-ebda mod ma jmur kontra l-Pjan ta' Struttura.
Skond din il-Qorti ta'l-Appell, il-Bord applika l-policies li kellu japplika ghall-kaz in ezami u dawk relevanti ghall-kaz odjern kienet ukoll dik indikata bhala policy IND 12 u d-decizjoni hija proprju bbazata fuq hekk u allura hija legalment korretta. Ghalhekk dan l-aggravju tal-appellant qed jigimichud.
L-appellant jghid li d-decizjoni hija nulla peress li l-istess Bord ma hax in konsiderazzjoni li l-girien tas-sit in kwistjoni ma kinux oggezzjonaw ghall-izvilupp propost, u wkoll li l-bini adjacenti kien jappartjeni lill-istess apellant. Dwar dan l-ilment jinghad li ma jirrizultax li l-appell tal-istess appellant quddiem il-Bord kien jittratta dwar dawn il-punti.
Ghaldaqstant, din il-Qorti tilqa' r-risposta ta' l-appell tal-Awtorita' ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanarbiss inkwantu l-istess hija kompatibbli ma' dak hawn deciz, tichad l-appell interpost mill-appellant Gaetano Borg bir-rikors ta' l-appell tieghu stante li huwa nfondat u b'hekk tikkonferma d-decizjoni moghtija mill-Bord ta' l-Appell dwar l-Ippjanar.
Click here to search again.