Reference: 527/1981/3

Judgement Details


Date
22/01/2001
Court
OF APPEAL (CIVIL, SUPERIOR)
Judiciary
SAID PULLICINO JOSEPH, ARRIGO NOEL V., AGIUS CARMEL A.
Parties
ZAMMIT JOHN vs ZAMMIT TABONA MICHAEL ET
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
RITRATTAZZJONI, RIMEDJU STRAORDINARJU - RITRATTAZZJONI, ZBALL
Summary
Sabiex ikun hemm lok ghal ritrattazzjoni fuq il-bazi ta` zball, hemm bzonn li l-izball irid ikun wiehed materjali ta' fatt u mhux zball ta' kriterju jew interpretazzjoni.

L-izball irid jirrizulta mill-atti u mid-dokumenti tal-kawza u jrid ikun zball materjali, intuwittiv, li jirrizulta mis-semplici paragun tad-dikjarazzjonijiet fis-sentenza mal-atti u mad-dokumenti u mhux relattiv ghall-kriterji jew karattri li bihom il-fatt gie a konjizzjoni tal-gudikant ghaliex l-apprezzament u l-interpretazzjoni tal-fatt jikkostitwixxu l-fehema insindakabbli tal-gudikant. Barra minn hekk l-izball ta'fatt irid ikollu rabta kawzali mas-sentenza, u huwa necessarju li l-fatt ma jkunx formanti parti minn punt kontrovers u deciz bis-sentenza impunjata.

Jekk l-izball akkampat bhala motiv ghar-ritrattazzjoni kien punt ta' kontestazzjoni li gie maqtugh bid-decizjoni mpunjata, mhix ammessa r-ritrattazzjoni fuq il-motiv ta' dak l-izball, u l-apprezzament u interpretazzjoni tal-fatti ma humiex sindakabbli, u ma jaghtux lok ghar-rimedju legali tar-ritrattazzjoni.

Ghalhekk kawza tista' tigi ritrattata jekk is-sentenza kienet l-effett ta' zball li jidher mill-atti jew mid-dokumenti tal-kawza. Jitqies li hemm dan l-izball fil-kaz biss li d-decizjoni tkun ibbazata fuq is-supposizzjonita' xi fatt li l-verita' tieghu tkun, bla ebda dubju, eskluza, jew fuq is-supposizzjoni li ma jezistix xi fatt li l-verita' tieghu tkun stabbilita posittivament, basta li, fil-kaz il-wiehed u l-iehor,il-fatt ma jkunx punt ikkontestat illi jkun gie deciz fis-sentenza. L-izball ta' fatt li jaghti s-sostratt ta' ritrattazzjoni ghandu jkun materjali u tali li minhabba mera inavvertenza ikun induca lill-gudikant jissoponi fatt inkontrastabbilment eskluz jew jissopponi inesistenti fatt pozittivamentstabbilit. Il-ligi li tirrikjedi li zball li jirrizulta minn atti jew minn dokumenti tal-kawza, tissopponi li gudikant ghal inavvertenza materjali ma jkunx ikkonsultahom.

Ghalhekk huwa necessarju illi: (1) l-izball ikun zball materjali ta' fatt u mhux zball ta' kriterju jew ta' interpretazzjoni; (2) l-izball jirrizulta mill-atti u minn dokumenti tal-kawza, u ghalhekk hija assolutament inammissibbli l-produzzjoni ta' atti u dokumenti godda biex tigi fornita l-prova ta' l-izball; (3) Illil-istess zball ikun manifest. Tali cioe', li jemergi mis-semplici konfront bejn id-dikjarazzjonijiet tas-sentenza u l-atti u dokumenti tal-kawza, b'mod li jkun jidher prodott esklussivament mis-semplici inavvertenza tal-gudikant; (4) Illi l-izball ikun iddetermina d-decizjoni tal-gudikant, jigifieri illi l-istess zball ikun jikkostitwixxi l-fondament principali tas-sentenza, u ghalhekk ma jkunxhemm lok ghar-revoka tas-sentenza jekk dina, ghalkemm vizjata minn zball ta' fatt manifest, tkun tista' tigi sorretta b'ragunijiet ohra indipendenti minn dik zbaljata; (5) Illi l-ezistenza jew l-inezistenza tal-fatt li fih manifestament ikun zbalja l-gudikant ma tkunx iffurmat punt ta' kontroversja, jigifieri punt kontradett u diskuss bejn il-partijiet li fuqu s-sentenza tkun ippronunzjat.

Ir-rimedju ta' ritrattazzjoni hu wiehed straordinarju inkwantu jikkostitwixxi deroga tal-principjuli sentenza li ghaddiet b'gudikat ghandha l-forza ta' ligi bejn il-kontendenti. Ghalhekk dan ir-rimedju jista' jigi nvokat fil-kazijiet specifici elenkati fil-ligi li ghandhom jigu interpretati restrittivament.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment