Reference: 8/2006/1

Judgement Details


Date
07/11/2008
Court
OF APPEAL (CIVIL, INFERIOR)
Judiciary
SCIBERRAS PHILIP
Parties
BORG JOHN ET vs BORG CARMEL
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
APPELL; KUNTRATT TA KIRI TA RABA
Summary
Il-Bord dwar il-Kontroll tal-Kiri ta' Raba' ra r-rikors promutur li permezz tieghu wera li r-rikorrenti iddikjaraw illi huma l-propjetarji ta' ghalqa.

L-awturi tar-rikorrenti kienu originarjament taw l-istess ghalqa bi qbiela lill-intimat Carmel Borg permezz ta' skrittura privata u liema skrittura giet emendata bi ftehim bejn il-partijiet. L-awturi qalu illI fl-istess skrittura privata gieespressament stipulat illi f'kaz li s-sidien jigu biex jbieghu l-ghalqa, l-kira tittermina u l-intimat ikollu d-dritt ghall-wicc li jkollu mizruh meta jigi avzat li jkun ser isir l-bejgh. L-awturi talbu lill-Bord tal-Kera sabiex jawtorizzahom jiehdu lura l-pussess tal-ghalqa kif ukoll sabiex jistabilixxxi l-kumpens dovut lill-intimati ghall-wicc mizruh.

Il-Bord ikkonkluda li dak li qalu r-rikorrenti bil-gurament taghhom u cioe li l-inkwilin ftiehem maghhom li jizgombra l-ghalqa f'kaz li din tinbiegh ma jbiddilx dak li hemm sancit fl-iskrittura, li bl-ebda mod ma jirrifletti dak li qed jghidu r-rikorrenti. Ghaldaqstant il-Bord cahad it-talba bl-ispejjez kontra r-rikorrenti.

L-appell tar-rikorrenti minn din is-sentenza jikkontesta sew l-apprezzament tal-provi kif ukoll l-interpretazzjoni akkordata mill-Bord lill-iskrittura ta' lokazzjoni. Huma, invece, jikkontendu, fuq l-interpretazzjoni minnhom moghtija lill-Artikolu 4 (1) tal-Kapitolu 199, illi l-kondizzjoni appattwita bejn il-kontraenti f'dik l-iskrittura kienet kondizzjoni rizoluttiva espressa, komprensiva tat-terminazzjoni tal-qbiela u tal-likwidazzjoni tal-kumpens dovut ghall-wicc mizrugh. Konsegwentement, humajippretendu li kienu legittimati li jaghtu lok ghall-ezekuzzjoni ta' dik il-kondizzjoni bir-rikorspromotur taghhom quddiem il-Bord.

Il-pretensjoni ta' l-appellanti ma tistax tregi in kwantu l-ligi mhux biss ma tridx illi jkun hemm pattijiet bhal dawk fil-kontrattazzjonijiet ta' kiri ta' raba' imma sahansitra tikkomminhom bis-sanzjoni tan-nullita.

Isegwi minn dan illi l-klawsola kontrattwali, korrettement interpretata, hi wahda mahsuba biex anticipatament tippriva lill-appellatinkwilin mill-beneficcju moghti lilu mill-Att ghar-rilokazzjoni tal-ghalqa, u la dak il-patt huwa null u bla effett, lanqas ma jista' jkollu effikacja vinkolanti fuq l-appellat.

Ghaldaqstantl-appell gie michud u s-sentenza appellata kkonfermata fil-konkluzjoni taghha, bl-ispejjez kontra r-rikorrenti appellanti.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info