Reference: 273/2002/2

Judgement Details


Date
30/10/2008
Court
OF APPEAL (CIVIL, INFERIOR)
Judiciary
PACE RAYMOND C.
Parties
GAUCI MARIO ET vs GAUCI JOSEPH
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Summary
Din hija kawza fejn l-istess ritrattandi qed jghid li hemm lok ta' ritrattazzjoni skond id-disposizzjonijiet tal-Artikolu 811 (e) peress li saret applikazzjoni hazina tal-ligi mill-Qorti, mentri minnnaha l-ohra jinghad li ma hemm xejn minn dan izda fil-verita' kull ma' qed jintalab f'din il-procedura huwa evalwazzjoni mill-gdid tal-provi prodotti, haga li ovvjament ma hijiex permessa mill-ligi.

Huwa principju sancit fil-gurisprudenza nostrali illi r-rimedju ta' ritrattazzjoni jibqa' wiehed straordinarju u l-kazijiet li fihom jista' jinghata kif ikkontemplat specifikatament mill-ligi ghandhom jigu interpretati ristrettivament.

Ir-ritirrandi qed jibbaza t-talba tieghu ghar-revoka tas-sentenza ta' din l-Qorti fuq dak biss li jipprovdi l-Artikolu 811 (e) tal-Kap 12 li jaqra hekk:-

“811. Kawza deciza b'sentenza moghtija fil-grad ta' appell tista', tigi fuq talba ta' wahda mill-partijiet li jkollha nteress, tigi ritrattata, wara li qabel xejn tigi mhassra dik is-sentenza...

(e) jekk is-sentenza tkun applikat il-ligi hazin; ghall-finijiet ta' dan il-paragrafu,jitqies li kien hemm applikazzjoni hazina tal-ligi, fil-kaz biss li d-decizjoni, meta l-fatt kien tassew kif stabilit fis-sentenza attakkata, ma tkunx skond il-ligi, basta li l-kwistjoni ma tkunx dwarinterpretazzjoni ta' ligi, li fuqha, l-qorti tkun espressament tat decizjoni”.

F'dan il-kazJoseph Gauci qed jitlob ritrattazzjoni peress li qed isostni li l-prova li saret quddiem l-Qorti ghall-prova tat-titolu ta' l-atturi ma kienitx l-ahjar prova u allura hemm ksur tal-Artikolu 559 li jipprovdi li l-Qorti ghandha tesigi l-provizjoni tal-ahjar prova u mhux biss izda skond l-Artikolu 560,l-Qorti ghandha tichad li tingieb kull prova .. li ma hjiex l-ahjar prova. F'dan il-kuntest jghid li l-din il-Qorti diversament presjeduta, mxiet kontra l-ligi peress li l-Qorti mxiet fuq provi ohrali skond hija kienu jinkludu li l-istess konvenut kien “konsapevoli tal-fatt li l-art kienet ta' l-atturi” u provi ohra processwali li jwasslu sabiex ikkonvinciet ruhha li l-atturi huma proprjetarji tal-istess art mertu tal-kawza odjerna.

Dak li inghad fis-sentenza ta' din il-Qorti hija li l-kwistjoni tat-titolu tal-atturi fuq l-art mertu tal-kawza odjerna ma giex imqajjem quddiem il-Qortital-Ewwel istanza b'xi eccezzjoni formali, li kienu biss limitati ghall-kompetenza tal-istess Qorti,u li t-talbiet kienu infondati; fil-fatt inghad li l-kwistjoni ta' proprjeta' qamet biss accidentalment u jidher li l-Ewwel Qorti ghamlet riferenza ghax-xhieda tal-konvenut u martu li rrikonoxxew lil-atturi huma proprjetarji tal-istess art, u il-Qorti rreferiet ukoll ghax-xhieda tal-konvenut li jghid li huwa kien hallas il-kera lill-atturi, flimkien ma dik ta' martu Rita Gauci li qalet l-istess,u b'hekk il-Qorti kkonkludiet li t-titolu tal-atturi fuq l-istess art qatt inverita' ma gie kontestat mill-konvenut u kien ghalhekk li waslet ghall-konkluzzjoni taghha fis-sens indikat.

Ghalhekk dak li attwalment qed jitlob l-konvenut huwa biss li fid-dawl tal-provi prodotti - dawn jigu ezaminati u valutati mill-gdid, haga li ma hijiex permessa li ssir ghaliex il-Qorti meta tigi biex tiddeciedi jekk ikunx hemm jew le applikazzjoni hazina tal-ligi, ma tistax targa tezamina u tevalva l-fatti tal-kawza u lanqas taghti interpretazzjoni tal-istess.

Sabiex ikun lok ghall-applikazzjoni tad-disposizzjonijiet tal-Artikolu 811 (e) u allura jekk hemmx applikazzjoni hazina tal-ligi, l-fatti li fuqhom is-sentenza hija bbazata ma jistawx jigu valutati u ezaminati mill-gdid, u dan peressli tezisti din il-lamentela biss jekk jirrizulta li s-sentenza impunjata tkun applikat il-ligi hazina ghall-fatti tal-kaz u f'dan il-kaz tigi ndikata l-ligi li kellha minflok tigi applikata ghall-istess fatti.

Din il-Qorti tichad it-talbiet tar-ritrattandi fir-rikors tieghu ghaliex huma infondati fil-fatt u fid-dritt kif hawn deciz.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info