Reference: 343/1986/1

Judgement Details


Date
17/01/2001
Court
OF APPEAL (CIVIL, SUPERIOR)
Judiciary
SAID PULLICINO JOSEPH
Parties
DEBONO WILLIAM vs COPPINI SAVIOUR
ECLI
N/A
Judgement Type
NOT AVAILABLE

Keywords / Summary


Keywords
CAUTIO IURATORIA, ELEMENTI TA`
Summary
Jista' jinghata lill-attur jew lill-appellant il-beneficcju tal-garanzija bil-gurament meta huwa juri prima facie li ghandu probabilis causa litigandi u hu jahlef li ma rnexxielux igib dik il-garanzija mehtiega skond il-ligi. Il-Qorti fis-smiegh tar-rikors li bih jintalab biex il-garanzija tigi moghtija bil-gurament tista' tidhol fil-mertu sa fejn dan jista' jiswa ghad-decizjoni tal-kwistjoni.

It-terminu probabilis causa litigandi ma jimportax fih innifsu d-definizzjoni prima facie tal-mertu, fis-sens li din il-Qorti kellha tasal prima facie ghall-konkluzjoni illi l-appellant seta' jirbah l-appell minnu ntavolat. Kien jinporta biss ezami da parti tal-Qorti tal-kwistjonijiet ta' fattu ta' dritt sollevati mill-appellant u r-risposta ghalihom da parti tal-appellat biex jigi stabbilit: (a) Li l-aggravju ma kienx wiehed frivolu u vessatorju; (b) l-kwistjonijiet hekk imqanqla jkunu jimmeritaw approfondiment u nvestigazzjoni ulterjuri da parti tal-Qorti tal-Appell; u (c) Li tali approfondiment seta' ukoll iwassal ghad-decizjoni diversa minn dik li tkun waslet ghaliha s-sentenza appellata moghtija mill-Ewwel Qorti.

Dan ma jfissirx illi l-Qorti trid tkun sodisfatta illi l-aggravju tal-appellant kien ser iwassal ghar-revoka jew riforma tas-sentenza appellata. Il-kelma "probabilis" ma tirreferix ghall-ezitu finali tal-appell imma tirreferi ghall-kawza tal-litigju. Il-Qorti allura trid tkun biss sodisfatta li l-appellant huwa gustifikat li jikkontesta s-sentenza appellata.

Fit-tieni lok l-appellant ghandu jahlef li ma rnexxilux igib dik il-garanzija mehtiega skond il-ligi. Kif gie f'diversi okkazjonijiet stabbilit fil-gurisprudenza din il-kondizzjoni biex tigi akkordata t-talba ghall-beneficju tal-garanzija bil-gurament kellha tissusti flimkien mal-prova li kienet tezisti probabilis causa litigandi.

Gie stabbilit ukoll li mhux bizzejjed li l-appellant jahlef li ma jkunx irnexxielu jgib il-garanzija mehtiega imma kien ikun mehtieg li tali gurament ikun wiehed oggettivament korrett u suffragat mill-element ta' prova. Kellhom ukoll jigu valorizzati l-kliem "li ma rnexxielux igib". Dan ifisser li l-appellant ghandu jissodisfa lill-Qorti li huwa kien b'kull mezz ragjonevoli ttanta jakkwista l-garanzija mehtiega skond il-ligi u li ma rnexxielux hekk jaghmel. Il-ligi thalli ghal kollox f'idejn il-gudikant, l-apprezzament tac-cirkustanzi biexjistabilixxi jekk l-isforzi li kellu jaghmel l-appellant biex jakkwista l-garanzija u li fihom ma rnexxiex kienux jissodisfaw il-vot tal-ligi. Lanqas ma taghti xi ndikazzjoni dwar x'kellhom ikunu dawn l-isforzi. Certament pero' l-appellant kien fl-obbligu li jaghmel dak kollu li kien umanament possibli biex jassigura li l-ordni tal-Qorti ghad-depozitu tal-garanzija mehtiega tigi sodisfatta.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info