eCourts
Kawżi Ċivili
Sentenzi
Insolvenzi
Subbasti
Użu tal-Awli
Servizzi
Irċievi Notifiki bil-Mowbajl
Ħallas Multi tal-Qorti
Ħallas id-Dritt tar-Reġistru tal-Qorti
Għajnuna
Chat
Malti
English
Illoggja
Home
Fittex is-Sentenzi
Dettalji
Referenza: 772/2006/1
Niżżel
Dettalji tas-Sentenza
Data
17/10/2008
Qorti
OF APPEAL (CIVIL, INFERIOR)
Ġudikatura
SCIBERRAS PHILIP
Partijiet
VELLA MARCO ET vs DRAGONARA RESORT LTD
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT
Kawża Llinkjata
VELLA MARCO ET vs DRAGONARA RESORT LTD - 772/2006/1 - TAL-APPELLI CIVILI (INFERJURI), TRIBUNAL GHAL TALBIET ZGHAR
Kliem Ewlieni / Fil-Qosor
Kliem Ewlieni
SERQ MINN LUKANDA
Fil-Qosor
L-atturi marru ghal weekend break fil-lukanda Westin Dragonara u fil-kors ta' l-alloggjar taghhomgew derubati minn zewg crieket tad-djamanti li, skond huma, kienu minnhom depozitati fis-safe tal-kamra. Is-socjeta` konvenuta tiddefendi ruhha kontra din l-allegazzjoni u l-konsegwenti pretensjonita' l-atturi ghar-rizarciment tad-danni li jammonta ghal valur ta 3,494.06 billi tikkontendi li hi ma kienetx fi htija.
It-Tribunal qata' u ddecieda billi fl-ewwel lok iddikjara lill-partijiet ugwalment responsabbli ghat-telf soffert mill-atturi billi dawn ikkontribwew ghall-akkadut daqs is-socjeta' konvenuta u li ghalhekk it-talba attrici ghandha tintlaqa' in parte fis-sens li s-socjeta' konvenuta ghandha thallas lill-atturi s-somma ta' 1,747.03, nofs il-valur tal-gojjelli li gew misruqa mil-lukanda Westin fejn kienu qed jalloggjaw l-atturi u li qed tigi kkundannata thallas lill-atturi. L-ispejjez tal-kawza kellhom jigu ssopportati mill-partijiet nofs kull wiehed.
L-appell devolut lil din il-Qorti mis-socjeta` konvenuta jikkontjeni kontestazzjoni dwar l-apprezzament tal-provi maghmul mit-Tribunal u l-interpretazzjoni minn dan tad-disposizzjoni tal-ligi ghall-fatti accertati.
Din il-Qorti tistqarr illi ma tistax taqbel mal-konkluzjoni li gie ghaliha t-Tribunalfis-sens illi l-istanza ta' l-atturi ma setghetx, in bazi ghall-fatti ezaminati, titqies fondata.Anzi, tista' tghid illi, fil-maggjor parti, il-premessi fattwali li jaghmel it-Tribunal huma zbaljati u imprecizi u dan wassal biex l-istess Tribunal ghamel diversi spekulazzjonijiet azzardati li ma kellhomx isiru.Din il-Qorti, twarrab is-sentenza appellata in kwantu tiddefetta kemm minn konsiderazzjonijiet sew ta' fatt, kif ukoll ta' dritt. Ghal dawn il-motivi din il-Qorti qed tilqa' l-appell, thassar ghal kollox is-sentenza appellata u b'hekk tichad it-talba ta' l-atturi appellati kontenuta fl-Avviz. L-ispejjez taz-zewg istanzi jitbatew mill-istess atturi appellati.
Agħfas hawn biex tfittex mill-ġdid.