Reference: 1187/2005/1

Judgement Details


Date
17/10/2008
Court
OF APPEAL (CIVIL, INFERIOR)
Judiciary
SCIBERRAS PHILIP
Parties
MICALLEF RAYMOND PRO ET NOE vs CARBONARO ROSANNE ET
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
APPELL; HLAS RAPPREZENTANTI TA SUBBAPPALT
Summary
Din il-kawza tirrigwarda talba ghal hlas rapprezentanti xoghlijiet ta' subbappalt liema ammont baqa' ma thallasx. Il-konvenuta tghid illi m'hijiex il-legittima kuntradittrici stante illi hija qattma dahhlet f'obbligi mall-attur.

Fil-fehma tat-Tribunal ghal Talbiet Zghar, jidher illi fil-kaz in kwistjoni l-attur kien gie mqabbad mill-konvenuta Carbonaro ghal xoghlijiet f'appartament. It-Tribunal jirrileva lli ma hemm ebda ftehim iffirmat bejn iz-zewg partijiet dwar dawn ix-xoghlijiet. Ghalhekk it-Tribunal kellu joqghod fuq id-deposizzjonijet moghtija mill-partijiet kif ukoll fuq dokumenti ezebiti fl-Atti tal-kawza.

It-Tribunal huwa tal-fehma lli l-modus operandi tal-konvenuta Carbonaro jesponiha ghal azzjonijiet fil-konfront taghha, meta tingagga subappalturi direttament, titratta maghhom b'mod dirett minghajr ebda ftehim bil-miktub u thallashom ‘cash.' It-Tribunal isib illi il-modus operandi tal-konvenuta Carbonaro f'dan il-kaz in kwistjoni dahlitha f'obbligu mall-attur minhabba nexus dirett li kien hemm bejn l-attur pro et nomine u l-konvenuta Carbonaro.

Ghaldaqstant, it-Tribunal jaqta' u jiddeciedi billi jilqa' t-talba attrici u jikkundanna l-konvenuta Roseanne Carbonaro thallas lill-attur pro et nomine fis-somma ta' LM500.00 bl-interessi skond il-Ligi mid-data tas-sentenza filwaqt illi tillibera lil-kjamati in kawza mill-osservanza tal-gudizzju.

L-aggravju li fuqu hu bazat l-appell tal-konvenuta fil-kontestazzjoni ta' din is-sentenza hudak li t-Tribunal naqas milli japprezza, skond il-fattispeci tal-kaz, illi hi ma kienetx il-legittimu kontradittur.

Din il-Qorti ta' l-Appell hi tal-fehma illi r-rapport negozjali instawratghall-ezekuzzjoni tax-xoghlijiet saru esklusivament, fil-kaz ta' l-attur, bejnu u l-konvenuta. Prevalentement, il-konvenuta appellanti msejha fil-kawza giet inkarigata biex tiehu hsieb id-direzzjoniu s-sorveljanza tax-xoghlijiet necessitati fl-appartament. Tali responsabilita` direttiva ta' dawkl-istess xoghlijiet ghandha minn natura tal-locatio operarum ossija ta' l-appalt. Huwa veru li l-konvenuta ssubappaltat ix-xoghlijiet lil diversi kuntratturi, izda b'dak il-ftehim ma nholoqx ftehimdirett bejn dawn il-kuntratturi u l-kommittenti, imsejha fil-kawza, izda biss rapport obbligatorju ugwali bejn sub-appaltant u sub-appaltatur.

Ghaldaqstant din il-Qorti ta' l-Appell tirrespingil-appell tal-konvenuta u tikkonferma s-sentenza appellata, bl-ispejjez kontra l-istess konvenuta.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment