Reference: 3/2001/2

Judgement Details


Date
09/07/2008
Court
OF APPEAL (CIVIL, INFERIOR)
Judiciary
SCIBERRAS PHILIP
Parties
ATTARD JOSEPH ET(APPELLANTI) vs CINI EMANUEL (APPELLAT)
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
APPELL; TALBA TA RITRATTAZZJONI BBAZATA FUQ ARTIKOLU 42, KAP 69
Summary
Ir-rikorrenti talbu li s-sentenza moghtija mill-Bord li Jirregola l-Kera fil-25 ta' Frar 1997 fl-ismijiet Eucharistico Cini vs Mario Grech nomine tigi mhassra u ordnata r-ritrattazzjoni tal-istess rikors fuq il-motiv ta' qerq uzat bid-dikjarazzjoni falza li ghamlu l-intimat u missieru, u tichad it-talba li kien ghamel ir-rikorrent f'dik il-kawza. It-talba ghar-ritrattazzjoni hi bazata fuq l-Artikolu 42 tal-Kap. 69 tal-Ligijiet ta' Malta. Min-naha tieghu l-intimat ikkontesta t-talba tar-rikorrenti.

L-Artikolu 42 tal-Kap. 69 jaqra hekk:- “Jekk jinsab li wahda mill-partijiet hadet decizjoni favorevoli mill-Bord minhabba dikjarazzjoni falza maghmula minnha, il-parti kuntrarja tista' taghmel talba lill-Bord ghas-smigh mill-gdid tar-rikors u tista' wkoll tagixxi quddiem il-qorti kompetenti ghad-danni u ghall-hlas ta' penali ta' mhux izjed minn mitejn lira, kif tigi stabbilita mill-qorti”.

Ghall-finijiet ta' l-Artikolu 42 tal-Kap. 69, mhux bizzejjed li ssir dikjarazzjoni falza in kwantu jrid jirrizulta li l-parti trid tkun hadet id-decizjoni favorevoli minhabba dik id-dikjarazzjoni falza. Jista' jaghti l-kaz li fil-kors tal-proceduri parti taghmel dikjarazzjoni falza, izda l-Bord ikun iddecida favur dik il-parti mhux minhabba d-dikjarazzjoni falza imma minhabba konsiderazzjonijiet ohra. Fil-fehma tal-Bord li Jirregola l-Kera f'dawk ic-cirkostanzi l-parti telliefa ma jkollix id-dritt li titlob ir-revoka tas-sentenza taht l-Artikolu 42 tal-Kap. 69 in kwantu hu evidenti li d-dikjarazzjoni falza maghmula mill-parti trid tkun determinanti ghall-ezitu tal-kawza.

Il-Bord cahad it-talba tar-rikorrenti ghas-smigh mill-gdid tar-rikors fl-ismijiet Eucharistico Cini vsMario Grech nomine (Rikors numru 3/1994) skond l-Artikolu 42 tal-Kap. 69, in kwantu ma jirrizultax li l-intimat jew l-awtur tieghu ghamlu xi dikjarazzjoni falza f'dawk il-proceduri u li d-decizjoni favorevoli ghall-intimat nghatat b'xi dikjarazzjoni simili. Bl-ispejjez ghar-rikorrenti salv ghal dawkl-ispejjez li diga' gew determinati fil-kors ta' dawn il-proceduri.

Minn din is-sentenza appellaw ir-rikorrenti li talbu l-modifika taghha u jissottomettu b'aggravju illi l-provi fil-meritu kienu jistabilixxu fic-car dik l-istrategija fina ta' falsita adoperata minn sid il-fond biex gab il-qaghda tixbah lis-sewwa, meta tali ma kienetx, u b'hekk jottjeni r-ripreza tal-fond lokat lilhom.

Din il-Qorti ta'l-Appell cahdet l-appell u kkonfermat s-sentenza appellata.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info