Reference: 15/2007

Judgement Details


Date
26/06/2008
Court
OF APPEAL (CIVIL, INFERIOR)
Judiciary
PACE RAYMOND C.
Parties
GENERAL WORKERS UNION vs BANK OF VALLETTA PLC..
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Summary
L-appell odjern interpost mill-General Workers' Union huwa sussegwenti ghad-decizjoni moghtija mit-Tribunal Industrijali. Il-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Zghazagh u Xoghol kien irrefera t-Tilwima Industrijali bejn il-partijiet lit-Tribunal Industrijali. It-termini ta' riferenza f'din l-ittra kienu “li l-Bank of Valletta plc ghandu japplika l-beneficcji tal-Consolidated Staff and Widows and OrphansPensions Fund b'mod uniformi u mhux b'mod arbitrarju u diskriminatorju u ghalhekk ghandu jhallas tali beneficcji lill-haddiema kollha li kienu jikkontribwixxu fil-Consolidated Staff and Widows and Orphans Pensions Fund.”

It-Tribunal ikkonkluda li huwa prekluz milli jiddeciedi dwar il-kaz peress li effettivament sostna li dan ma kienx kaz ta' tilwima tax-xoghol skond id-disposizzjonijiet tal-Artikolu 2 tal-Kap 452, izda kien kaz ta' allegata diskriminazzjoni taht id-disposizzjonijiet tal-Artikolu 26 (2) li skond l-Artikolu 30 (3) kellu jigi mismugh mit-Tribunal Industrijali kif kompost minn Chairman wiehed u mhux minn tlett membri kif kien attwalment kompost, b'dan li allura iddeciedali kif kien kompost ma setax jisma' l-kaz in ezami.

Il-General Workers' Union interponiet l-appell odjern fejn ressqet zewg aggravji (1) illi d-decizjoni moghtija mit-Tribunal Industrijali hijawahda nulla u bla effett stante li hija skarna minn kull motivazzjoni; (2) it-Tribunal Industrijalighamel apprezzament zbaljat tal-ligi li titratta l-kompetenza u l-komposizzjoni tat-Tribunal Industrijali.

Fir-risposta tieghu l-appellat il-Bank of Valletta plc eccepixxa (1) preliminarjamentli l-appell odjern huwa inammissibbli stante li ma jaqax fl-ambitu tal-Artikolu 82 (3) tal-Kap 452;(2) fil-mertu, d-decizjoni hija ampjament motivata, valida u konformi mad-dizpozizzjonijiet relevanti tal-Kap 12; (3) fil-mertu, it-Tribunal interpreta l-ligi b'mod korrett.

Din il-Qorti ta'l-Appell kellha titratta l-eccezzjoni preliminari mressqa mis-socjeta' appellat Bank of Valletta plcu cioe' li l-appell huwa inammissibbli peress li ma jaqax fl-ambitu tal-Artikolu 82 (3) tal-Kap 452. Dan l-artikolu jipprovdi :-

(3) Fil-kazi ta' tkeccija minghajr kawza gusta u fil-kazi li jaqghu taht il-gurisdizzjoni tat-Tribunal skond l-artikolu 75 (1)(a) u (b), jkun hemm dritt ta' appellfuq punt ta' ligi. Dan l-appell ghandu jsir b'rikors lill-Qorti ta' l-Appell kkostitwita skond l-artikolu 41 (6) tal-Kodici ta' Organizzazzjoni u Procedura Civili. Dan ir-rikors ghandu jigi prezentatmhux aktar tard minn tnax-il gurnata mid-data tad-decizjoni tat-Tribunal”.

L-artikolu 75 (1)jipprovdi li:-
“Minkejja kull ma jinsab f'kull ligi ohra, it-Tribunal Industrijali jkollu gurisdizzjoni esklusiva li jikkonsidra u jiddeciedi:-
(a) il-kazijiet kollha fejn jigi allegat li sarettkeccija ingusta;
(b) il-kazijiet kollha li jaqghu taht il-gurisdizzjoni tat-Tribunal Industrijali bis-sahha tat-Titolu I ta' dan l-att jew tar-regolamenti preskritti tahtu”.

Taht Titolu Ital-Kap 452 l-unika kazijiet li jistghu jigu riferiti lit-Tribunal Industrijali huma dawk dwar allegat trattament diskriminatorju, xoghol ta' valur ugwali, vittimizzazzjoni, ghoti ta' fasitidju li jiksru d-disposizzjonijiet tal-artikoli 26 sa 28 tal-Kap 452 u tali riferenza quddiem l-istess Tribunalhija mahsuba fl-artikolu 30 li jipprovdi li:-
“(1) Persuna li tallega li l-principal ikun kiser, jew li l-kondizzjonijiet ta' l-impjieg ikunu jiksru, d-disposizzjonijiet ta' l-artikoli 26, 27, 28jew 29 tista', fi zmien erba' xhur mill-ksur allegat, tipprezenta ilment quddiem it-Tribunal Industrijali u t-Tribunal Industrijali ghandu jisma' dak l-ilment u jwettaq dawk l-investigazzjonijiet lijqis xieraq”.

F'kaz ta' tilwim tax-xoghol ir-riferenza ghat-Tribunal Industrijali ssir abbazital Artikolu 74 u ghalhekk taht id-disposizzjonijiet tat-Titlu II tal-istess Att u ghalhekk jirrizulta b'mod car li l-Att jikkontempla biss id-dritt ta' appell minn decizjoni tat-Tribunal Industrijali fic-cirkostanzi s-segwenti:-
(1) F'kazijiet ta' tkeccija ingusta, kemm meta t-Tribunal ikun kompost minn Chairperson wahdu, kif ukoll meta jkun kompost minn Chairperson flimkien ma' zewg membri ohra
(2) F'kazijiet fejn it-Tribunal ikun kompost minn Chairperson wahdu cioe' fil-kazi li jaqghutaht il-gurisdizzjoni tat-Tribunal skond l-artikolu 75 (1) (a) u (b).

La darba l-kompetenza ta' din il-Qorti ghall-appelli mit-Tribunal Industrijali hija limitatata b'dak li jipprovdi l-Kap 452, allura din il-Qorti ma ghandhiex kompetenza li tisma' dan l-appell taht l-istess Att dwar l-Impjiegi u r-Relazzjonijiet Industrijali, stante li l-kompetenza ta' din il-Qorti bhala Qorti tat-tieni istanza hija cirkoskritta bid-disposizzjonijiet tal-artikolu 82 (3) li jaghti dritt ta' appell fuq punti ta' ligi biss fil-kazijiet ta' tkeccija minghajr kawza gusta u fil-kazi li jaqghu taht il-gurisdizzjoni tat-Tribunal skond l-artikolu 75 (1) (a) u (b). Ghaldaqstant, din il-Qorti laqat l-eccezzjonipreliminari tal-Bank appellat u cahdet l-appell tal-Union appellanti stante li huwa inamessibbli aitermini tal-artikolu 82 (3) tal-Kap 452.

Din il-Qorti thoss li l-Ligi fil-kaz in ezami ma taghti l-ebda dritt ta' appell quddiem din il-Qorti.Ghaldaqstant, din il-Qorti ta'l-Appell tikkonkludili dan l-appell huwa inammissibbli peress li l-Artikolu 82 (3) tal-Kap 452 ma jipprovdix ghall-appell f'dan il-kaz u ghalhekk tichad l-appell interpost mill-General Workers' Union.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info