eCourts
Kawżi Ċivili
Sentenzi
Insolvenzi
Subbasti
Użu tal-Awli
Servizzi
Irċievi Notifiki bil-Mowbajl
Ħallas Multi tal-Qorti
Ħallas id-Dritt tar-Reġistru tal-Qorti
Għajnuna
Chat
Malti
English
Illoggja
Home
Fittex is-Sentenzi
Dettalji
Referenza: 10/2007
Niżżel
Dettalji tas-Sentenza
Data
18/06/2008
Qorti
CIVIL FIRST HALL (CONSTITUTIONAL JURISDICTION)
Ġudikatura
FARRUGIA SACCO LINO
Partijiet
SAID FRANCIS ET vs L-AVUKAT GENERALI
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT
Kawża Llinkjata
SAID FRANCIS ET vs L-AVUKAT GENERALI - 10/2007 - CIVILI PRIM AWLA (SEDE KOSTITUZZJONALI), MALTA
Dettalji tal-Appellati
Appellata
Iva
Kliem Ewlieni / Fil-Qosor
Kliem Ewlieni
SMIGH XIERAQ
Fil-Qosor
Il-Qorti tosserva li minn analizi ta' gurisprudenza tal-Qorti Ewropeja (f'kazijiet mhux ta' natura kriminali) l-Istat jigi meqjus responsabbli ghad-dewmien fil-kazijiet li gejjin:
a. jekk ikun hemm dewmien fit-twettiq ta' xoghol ta' rutina fir-registru tal-Qorti;
b. jekk il-Qorti ddum minghajr raguni valida biex tisma' l-kaz;
c. jekk l-Istat idum sabiex jipprezenta x-xhieda tieghuf'kazijiet fejn l-istat ikun parti;
d. jekk ikun hemm dewmien stante aggornament ta' kawza sakemm tinstema' kawza ohra, u l-procedura f'din l-ahhar kawza tkun hi nfisha afflitta minn dewmien ta' xi wiehed minn dawn it-tipi msemmija;
e. minhabba f'dewmien li jkun gej min-nuqqas ta' ko-ordinazzjoni bejn l-awtoritajiet amministrattivi differenti.
Biex jigi determinat jekk smigh sarx fizmien ragjonevoli kif mitlub fl-artikoli 39(2) tal-Kostituzzjoni u 6(1) tal-Konvenzjoni Ewropeja, wiehed irid jara:
1. in-natura jew komplessita` tal-kaz in kwistjoni;
2. kondotta tal-partijiet fil-kawza;
3. il-mod kif dawk il-proceduri gew trattati u kondotti mill-awtorita` gudizzjarja stess.
L-artikolu 39 tal-Kostituzzjoni jghid:
39. (1) Kull meta xi hadd ikun akkuzat b'reat kriminali huwa ghandu, kemm-il darba l-akkuza ma tigix irtirata, jigi moghti smigh xieraq gheluq zmien ragonevoli minn qorti indipendenti u imparzjali mwaqqfa b'ligi.
Inoltre l-artikolu 6tal-Konvenzjoni Ewropeja tad-Drittijiet tal-Bniedem jghid:
(1) Fid-decizzjoni tad-drittijiet Civili u ta' l-obbligi tieghu jew ta' xi akkuza kriminali kontra tieghu, kulhadd huwa ntitolat ghal smigh imparzjali u pubbliku fi zmien ragonevoli minn tribunal indipendenti u imparzjali mwaqqaf b'ligi.Is-sentenza ghandha tinghata pubblikament izda l-istampa u l-pubbliku jista' jigi eskluz mill-proceduri kollha jew minn parti minnhom fl-interess tal-morali, ta' l-ordni pubbliku jew tas-sigurtà nazzjonali f'socjetà demokratika, meta l-interessi tal-minuri jew il-protezzjoni tal-hajja privata tal-partijiet hekk tehtieg, jew safejn ikun rigorozament mehtieg fil-fehma tal-qorti f'cirkostanzi specjali meta l-pubblicità tista' tippregudika l-interessi tal-gustizzja.
Hemm diversi aspetti lijridu jigu kunsidrati biex wiehed jezamina l-aspett ta' dewmien ghax id-dewmien ipoggi fil-periklu l-effettivita` u l-kredibilita` tal-gustizzja. Il-Qorti trid toqghod attenta li taghmilha cara li r-responsabbilta` ta' kull gudikant tiddependi mill-kwalita` u numru ta' xoghol assenjat lilha kif ukoll l-istaff u mezzi ohra disponibbli ghaliha. Izda l-Istat xorta jkun responsabbli li jekk fl-assenjazzjoni tad-doveri jew staff jew mezzi ohra jkun irrenda impossibbli li l-processi jinqatghu fi zmien ragjonevoli.Biex jigi determinat jekk kienx hemm dewmien irragonevoli kull kaz irid jigi studjat fuq il-mertu tieghu.
Iz-zmien jibda jiddekorri minn meta l-akkuzat ikun rinfaccjat b'cirkostanzi tali li substantially affect the situation of the suspect. Normalment dan jirriferixxi ghall-mument meta persuna tkun infurmata dwar ir-reat li fuqu qedgha tigi investigata jew minn meta tigi arrestata. Mhix rilevanti d-data ta' meta sar r-reat, jew meta ssir l-inkjesta magisterjali. Il-gurisprudenza stabbilit tlitt kriterji principali indikattivi tar-ragonevolezza ta' dan it-tul taz-zmien:
- Il-komplessita` tal-kaz;
- Il-mod kif il-proceduri kriminali gew kondotti mill-Qorti;
- Il-kondotta tal-applikant.
Il-Qorti tikkonkludi li d-dewmien kien wiehed esagerat fil-kazin ezami.Kawza ta' dan kollu fil-konfront tar-rikorrent gew vjolati d-drittijiet fundamentali tieghuminhabba nuqqas ta' smigh xieraq fi zmien ragjonevoli kif mitlub mill-artikolu 39 tal-Kostituzzjoniu l-artikolu 6 tal-Konvenzjoni Ewropeja.
Agħfas hawn biex tfittex mill-ġdid.