Reference: 757/1995/2

Judgement Details


Date
19/11/2001
Court
OF APPEAL (CIVIL, SUPERIOR)
Judiciary
SAID PULLICINO JOSEPH, AGIUS CARMEL A., CAMILLERI JOSEPH D.
Parties
ATTARD CARMELO SIVE CHARLES ET NOE vs MICALLEF DOMENIC ET NOE
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
BEJGH, AMMISSJONI TAD-DIFETT DA PARTI TAL-VENDITUR - BEJGH, DIFETT MOHBI - BEJGH, RIKONOXXIMENT TAD-DIFETT MILL-VENDITUR IRID IKUN CAR, FORMALI, ESPLICITU U INKONDIZZJONAT - BEJGH, SOSPENSJONI TAL-PERIJODU TA` DEKADENZA GHALL-EZERCIZZJU TAL-ACTIO REDIBITORIA JEW AESTIMATORIA - BEJGH, TRATTATIVI BEJN IL-PARTIJIET MA JISSOSPENDIX IL-PERIJODU TA` DEKADENZA GHALL-EZERCIZZJU TAL-ACTIO REDIBITORIA JEW AESTIMATORIA - DEJN, RIKONOXXIMENT IRID IKUN CAR, FORMALI, ESPLICITU U INKONDIZZJONAT - PRESKRIZZJONI, SOSPENSJONI JEW INTERRUZZJONI BID-DOMANDA GUDIZZJARJA
Summary
F'azzjoni redibitoria jew estimatoria, il-kors taz-zmien ta` dekadenza ghall-istituzzjoni ta' l-azzjoni ma jistghax jigi sospiz jew interrott minn ebda wahda mill-kawzi li ghandhom il-virtu' li jissospendu jew jinterrompu l-preskrizzjoni eccettwata biss id-domanda gudizjali proposta quddiem l-awtorita'. Id-denunzja tal-vizzju lill-venditur, anke ufficjalment, ma tiswiex biex izzomm l-azzjoni u lanqas ma jiswew it-trattativi, li waqt li jkun ghaddej iz-zmien, ikunu bdew bejn il-kontraenti biex jirrizolvu d-diffikultajiet li jkunu qamu ammenoche' bhala effett u fil-kors ta' l-istess trattattivil-venditur ma jkunx spicca biex irrikonoxxa u ammetta l-ezistenza tal-vizzju u l-konsegwenti legittimita' tar-reklam u akkonsenta per ezempju li jiehu lura l-haga jew jaghmlilha r-riparazzjonijiet okkorrenti.

Ir-rikonoxximent tad-difett mill-venditur kellu mbaghad isir fiz-zmien tal-preskrizzjoni stabbilita ghall-azzjoni redibitorja biex tonqos ir-raguni u il-materja ta' dekadenza minhabbal-konfessjoni tal-venditur tal-esistenza u pre-ezistenza tal-vizzju jehtieg li dik il-konfessjoni tkun saret fit-terminu jigifieri fi zmien utili. F'kaz ta' konfessjoni wara dak iz-zmien jista' forsil-kompratur ikollu xi azzjoni ohra kontra l-venditur imma le dik redibitorja.

Gie wkoll hafna drabi ritenut illi n-negozjati li jsiru bejn il-partijiet kontraenti biex jittantaw jirrizolvu l-kwistjoni dwar l-ezistenza ta' difetti fiz-zmien statutorju li fih ikun jiddekorri l-perjodu preskrittiv, ma kienux jinterrompu d-dekorriment ta' l-istess terminu sakemm fil-kors ta' dawk in-negozjatifl-istess zmien li l-venditur ma jkunx irrikonoxxa d-difetti u ma jkunx ikkontestahom.

Lanqasit-trattattivi li jista' jkun hemm bejn iz-zewg kontraenti waqt id-dekors taz-zmien biex jirrangawjew jirrizolvu l-kwistjoni ma jista' jkollhom l-effikaca interruttiva ammenoche' bhala effett u fil-kors ta' dawk it-trattattivi u filwaqt li jkun ghaddej iz-zmien, il-venditur ma jkunx irrikonoxxa uma jkunx ma kkuntrastax l-ezistenza tal-vizzju.

U allura biex l-attur ikun jista' jsostni l-allegata interruzzjoni tal-perjodu preskrittiv hu jkollu jipprova illi fiz-zmien utili hu informa bil-vizzju tal-haga lill-konvenut u dana f'dak iz-zmien ipprometta li jehodha lura jew almenu rrikonoxxa u ma kkuntrastax il-vizzju.

Inoltre hu ormai stabbilit illi r-rikonoxximent ta' kull debitu, inkluz allura ta' l-ezistenza ta' l-allegat difett, kellu jkun car u esplicitu. Huwa risaput illir-rikonoxximent ta' l-azzjoni redibitorja irid ikun car, formali, esplicitu u inkondizzjonat.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info