Reference: 48/2007

Judgement Details


Date
30/04/2008
Court
CIVIL FIRST HALL (CONSTITUTIONAL JURISDICTION)
Judiciary
VALENZIA GEOFFREY
Parties
CASSAR EMANUEL vs DIRETTUR GENERALI TAL-FACILITA' KORRETTIVA TA' KORDIN ET
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
DRITTIJIET FONDAMENTALI TAL-BNIEDEM, ARTIKOLU 6 TAL-KONVENZJONI EWROPEA TAD-DRITTIJIET TAL-BNIEDEM
Summary
Ir-rikorrenti tressaq quddiem il-Bord ta' Dixxiplina tal-Habs fuq certu akkuzi u talab illi ghall-udjenza jkun assistit minn avukat tal-fiducja tieghu. Pero' din it-talba tieghu giet michuda mill-awtoritajiet kompetenti. L-esponent isostni illi b'hekk qed jigu lilu lezi d-drittijiet tieghu kif sanciti fl-Artiklu 39 tal-Kostituzzjoni ta' Malta kif ukoll l-Artiklu 6 tal-Konvenzjoni Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem.

Id-dritt ghal smigh xieraq, li hu l-iskop ta' l-Artikolu 6, hu wiehed mid-drittijiet fundamentali f'socjeta' demokratika kif sancit fil-Konvenzjoni Ewropeja dwar id-Drittijiet tal-Bniedem. Issa fil-kaz in ezami ma ngabet ebda prova li r-rikorrent gie akkuzat b'xi reat kriminali, imma jidher li ttiehdu biss proceduri dixxiplinarji fuq allegazzjoni li gab ruhu hazin u naqasminn dmirijietu u li dawn jimpurtaw biss twissija, telf ta' leave, jew xi sieghat paga. Dawn il-mizuri ma humiex ta' dik is-severita li jistghu jigu kunsidrati bhala piena marbuta ma reat kriminali.Anke l-agir tar-rikorrent li qed jigi kontestat ma jistax jigi konsidrat bhala li jammonta ghallreat kriminali jew li jista' jwassal biex jittiehdu wkoll passi kriminali kontra tieghu .

F'dan il-kaz il-Bord ta' dixxiplina ma jsibx htija o meno b'mod finali dwar akkuzi fuq xi reati kriminali imma jaghmel rakkomandazzjonijiet fuq materja ta' dixxiplina fuq il-post tax-xoghol lid-Direttur tal-Habs li mbaghad jimponi certi sanzjonijiet. F'dan il-kaz ir-rikorrent mhux qed jigi akkuzat b'reati kriminali quddiem qorti jew tribunal imma quddiem Bord ta' dixxiplina.

Ghaldaqstant fil-kaz in ezami, l-Artikolu 6 tal-Konvenzjoni mhux applikabbili ghal Bord ta' dixxiplina in kwisjtoni, u t-talba tar-rikorrent konsegwentement ma tistax tintlaqa. Jigi rilevat ghall kull buon fini li r-rikorrent dejjem jista' jigi assistit minn persuna mill-union tal-Prison Officers' Association.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info