Referenza: 687/2004/1

Dettalji tas-Sentenza


Data
28/03/2008
Qorti
OF APPEAL (CIVIL, INFERIOR)
Ġudikatura
SCIBERRAS PHILIP
Partijiet
BRIFFA JOHN vs FLOWER POWER (SALES) LTD
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Fil-Qosor
L-attur talab lill-Qorti tal-Magistrati biex tikkundanna lis-socjeta' konvenuta thallas is-somma Lm2,953.00 rapprezentanti l-valur ta' numru ta' pjanti u l-pots taghhom liema pjanti gew depozitati ghand is-socjeta' konvenuta. Il-pjanti msemmija llum il-gurnata gew distrutti peress illi l-konvenuti ma hadux hsiebhom daqs li kieku kienu taghhom. Da parti taghha, is-socjeta' konvenuta Flower Power (Sales) Limited eccepiet illi l-azzjoni attrici ghandha tigi michuda bl-ispejjez kontra l-attur, u dan stante li l-pjanti in kwistjoni ma humiex ta' l-attur izda tas-socjeta' konvenuta stess.

Il-Qorti tal-Magistrati ssib illi l-attur ma rnexxielux jipprova fi grad li trid il-ligi illi l-pjantili gew elevati mill-pussess tieghu ghal fini ta' proceduri kriminali kienu verament tieghu. Ghaldaqstant l-Ewwel Qorti tichad it-talba ta' l-attur bl-ispejjez kontra tieghu.

L-impunjattiva ta'din is-sentenza hi mill-attur impustata fis-sens illi l-Ewwel Qorti ghamlet apprezzament zbaljat tal-provi. Huwa jilmenta li dik il-Qorti kienet ingusta mieghu meta ppenalizzatu ghax ma kellux ricevuti u meta ma hadetx in konsiderazzjoni d-digriet tal-Qorti tal-Magistrati (Malta) bhala Qorti ta' Gurisdizzjoni Kriminali li ordna r-ritorn mis-socjeta` konvenuta tal-pjanti. Jillanja wkoll illi, almenu, l-Ewwel Qorti kien messha rrivendikatlu d-dritt tieghu ghall-valur tal-qsari li kienu proprjeta` tieghu.

Hi regola logika antikissima illi f' materja ta' provi l-esigenza kardinali hi dikli min jallega jrid jipprova. In linea ta' massima fil-procedimenti civili, dan ifisser illi jispetta fl-ewwel lok lill-attur l-oneru tal-prova tal-fatti kostitutivi tad-dritt minnu pretiz bl-azzjoni tieghu. Din id-dixxiplina, imbaghad, tal-piz tal-prova issir kriterju biex jigi regolat il-gudizzju fuq il-fatt allegat u jassisti lill-gudikant ghall-formazzjoni tal-konvinciment tieghu.

Fil-kaz prezenti l-Ewwel Qorti sabet illi l-attur naqas milli jiskarika minn fuqu dak l-oneru jew ma impenjax ruhu bizzejjed biex isostni l-allegazzjoni tieghu u tkun maghrufa l-verita`. Dik il-Qorti issenjalatlu li ma kienetx konvinta mill-asserzjoni tieghu illi huwa akkwista, b' xiri jew bi tpartit, il-pjanti, ta' certa kwalita` rara u valur, li nstabu fil-pussess tieghu. Lanqas ma kienet perswasa mill-ispjegazzjoni moghtija minnu ghan-nuqqas tal-produzzjoni tar-ricevuta relattiva.

Dinil-Qorti ta' l-Appell qablet mad-decizjoni ta' l-Ewwel Qorti. Ghaldaqstant tichad l-appell u tikkonferma s-sentenza appellata, bl-ispejjez anke ta' din l-istanza jibqghu a karigu ta' l-attur appellanti.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni