Reference: 622/1997/1

Judgement Details


Date
02/11/2001
Court
CONSTITUTIONAL
Judiciary
SAID PULLICINO JOSEPH, AGIUS CARMEL A., CAMILLERI JOSEPH D.
Parties
J.C.R. LIMITED vs KUMMISSARJU TA' L-ARTIJIET ET
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
DRITTIJIET FONDAMENTALI TAL-BNIEDEM, ESPROPRJAZZJONI GHAL SKOPIJIET PUBBLICI - DRITTIJIET FONDAMENTALI TAL-BNIEDEM, TGAWDIJA TA` PROPRJETA`
Summary
Il-kumpens likwidat fil-Bord ta' l-Arbitragg dwar l-Artijiet kellu jigi meqjus mhux ma' dak illi x-xerrej ghogbu, fl-interess tieghu, li jhallas ghalih anke meta kien konsapevoli tal-fatt li dak il-prezz kien ferm 'il boghod mill-valur rejali taghha konsidrati l-kwalita' u n-natura tal-proprjeta' imma ma' dak l-ammont illi kien, skond il-ligi, mill-istess Bord likwidat. Ghalhekk, jekk persuna tixtri art ghal skopijiet spekulattivi u thallas ghaliha prezz ferm oghla minn dak reali, ma tistax tippretendi li jekk dik l-istess art tigi esproprjata hi tinghata l-prezz li x-xerrej ghogbu jhallas.

Il-valur tas-suq kellu bilfors jigi konsidrat u stabbilit b'riferenza ghal dik li kienet il-veru natura u kwalita' tal-proprjeta' fil-mument ta' l-akkwist u dana b'mod oggettiv u mhux bil-kriterji soggettivi ghall-venditur u ghall-kompratur.

Il-"fair balance" illi jesigi l-artikolu 1 ta'l-Ewwel Protokol kellu qabel xejn jigi verifikat f'ezami komparattiv bejn il-htigijiet ta' individwu u l-htigijiet tal-komunita' u, una volta verifikata l-htiega tat-tehid tal-proprjeta' fl-interesstal-kollettivita', kellu jigi assigurat li l-hlas tal-kumpens ikun jirrifletti dak li s-socjeta' b'ligi tkun iddikjarat li hi preparata thallas, konsidrat in-natura u l-kwalita' ta' l-art kif stmat minn perit teknici imharrga biex proprju jzommu bilanc ta' valuri bejn dak li huwa agrikolu, dak li huwa fabbrikabbli u dak li huwa ta' xorta diversa. Wiehed jista' ma jaqbilx mal-valutazzjoni maghmulamill-esperti teknici tal-Bord, wiehed jista' jqisha konservattiva u ma tirriflettix l-aspettattiva tal-proprjetarju izda certament wiehed ma setax jikkwalifikaha bhala arbitrarja jew kapriccuza jekk ma jkun hemm xejn fl-atti x'jindika illi l-Bord ma segwiex skrupolozament id-dettami tal-ligi.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info