Reference: 2067/1996/1

Judgement Details


Date
05/10/2001
Court
OF APPEAL (CIVIL, SUPERIOR)
Judiciary
SAID PULLICINO JOSEPH, AGIUS CARMEL A., CAMILLERI JOSEPH D.
Parties
PATINIOTT GRAZIO ET vs CINI ANTHONY ET
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
KOMUNJONI TAL-AKKWISTI, AKKWIST TA` PROPRJETA` MOBBLI LI L-PREZZ TAGHHA MA JITHALLASX MAL-KONSENJA JEW QABEL - KOMUNJONI TAL-AKKWISTI, ATTI NORMALI TA` GESTJONI TA` KUMMERC, NEGOZJU JEW PROFESSJONI - KOMUNJONI TAL-AKKWISTI, TRANSAZZJONI - TRANSAZZJONI, DEFINIZZJONI TA`
Summary
L-artikolu 1324 (li jitkellem dwar atti normali ta` gestjoni ta` kummerc, negozju jew professjoni) ma japplikax ghal kull att tal-kummerc kif definit mill-Kodici tal-Kummerc. Japplika biss fil-kaz ta' persuna li tkun qed tezercita kummerc, negozju jew professjoni bhala attivita' ekonomika u li fihal-kontrattazzjoni taht ezami setghet tinkwadra ruhha bhala att normali tal-gestjoni taghha.

Transazzjoni dwar xi atti jkunu xi jkunu imissu liz-zewg mizzewgin flimkien (Artikolu 1322(2) tal-Kap. 16).

Irid jigi notat illi:

(a) It-terminu "transazzjoni" ghandu sinifikat legali preciz u ghandu jigi interpretat skond kif definit fl-artikolu 1718 tal-Kodici Civili, ossia, bhala kuntratt li bih il-partijiet b'xi haga li jaghtu, iweghdu jew izommu jaghtu tmiem ghall-kawza mibdija jew jevitaw kawza li tkun sejra ssir. Ghalkemm potenzjalment kull vertenza setghet twassal ghalproceduri gudizzjarji, kull vertenza bhal din setghet ukoll tigi komposta barra l-Qorti. Il-ligi makenitx tesigi li kull ftehim milhuq dwar vertenza kellu necessjarment issir bil-miktub u jkun iffirmat mill-kontendenti. Il-ligi bl-ebda mod ma riedet tnaqqas il-valur ta' ftehim bonarju siggillat biftehim bil-fomm taht l-insenja ta' l-irgulija. Il-ftehim kellu jkun bil-miktub biss meta l-vertenza dwar determinazzjoni ta' drittijiet u obbligi civili tkun tifforma l-mertu ta' kawza diga' mibdijajew li tkun sejra ssir. "Il-kliem "kawza li tkun sejra ssir" jimplika d-determinazzjoni ta' partili kellha d-dritt li tagixxi biex tirrivendika l-jeddijiet taghha u li tkun fil-punt li hekk taghmel. Fil-fatt il-gurisprudenza titkellem dwar l-imminenza tal-kawza. Ftehim fejn il-partijiet jikkonvjenu dwar oggett li fuqu ma hemm pendenti ebda kawza jew li fuqu ma kien hemm ebda hsieb ta' kawza imminenti, ma jikkostitwixxix transazzjoni kif kontemplata fil-ligi; u

(b) L-Artikolu 1322(2)tal-Kap. 16 ma jiddistingwix dwar x'forma ta' transazzjoni kienet tehtieg il-kunsens taz-zewg mizzewgin. L-oggett ta' transazzjoni seta' allura jkun kemm att ta' amministrazzjoni ordinarja kif ukollatt ta' amministrazzjoni straordinarja. Infatti, filwaqt illi s-subinciz (2) jekwivali t-transazzjoni fiha infisha mat-twettiq ta' atti ta' amministrazzjoni straordinarja u ghal dawn kienet tehtieg il-konkorrenza taz-zewg mizzewgin flimkien, is-subinciz (3) ta' l-artikolu 1322 ma jinkludix it-transazzjoni fost l-elenku inkluziv u restrittiv ta' dawk li l-ligi tqis li huma atti ta' amministrazzjonistraordinarja. Distinzjoni din importanti in kwantu hemm disposizzjonijiet tal-Kodici Civili illijapplikaw biss ghall-atti ta' amministrazzjoni straordinarja u allura ma japplikawx ghat-transazzjoni (e.g. l-artikolu 1323 li jipprovdi ghal meta jkun hemm cahda jew nuqqas ta' kunsens) waqt li hemmdisposizzjonijiet ohra li japplikaw ghall-kazijiet kollha fejn l-atti jkunu jehtiegu l-kunsens taz-zewg partijiet mizzewga u li jinkludu allura kemm atti ta' amministrazzjoni straordinarja kif ukoll transazzjoni (e.g. l-artikolu 1326 tal-Kap 16 li jitratta dwar atti imwettqa minghajr il-kunsens mehtieg).

L-artikolu 1322(3)(g) tal-Kodici Civili jikkwalifika bhala att ta' amministrazzjoni straordinarja "l-akkwist tal-proprjeta' mobbli ... li l-prezz tieghu ma jithallasx mal-konsenja jew qabel". Il-ligi ma tiddefinix kif kellu jsir l-akkwist tal-proprjeta mobbli u dan ifisser li seta' jsir bi kwalunkwe titolu inkluz tpartit, u naturalment b'komprovendita'. Lanqas tillimita t-tifsiratal-kelma "mobbli" li kellha tinghata d-definizzjoni skond id-disposizzjonijiet ta' l-artikoli 312 et seq tas-subtitolu 2 tat-Titolu 1 tat-Taqsima 1 tat-Tieni Ktieb tal-Kodici Civili inkluzi allura dawk l-oggetti meqjusa mobbli ghax hekk tqishom il-ligi fosthom l-obbligazzjonijiet, l-azzjonijiet u l-jeddijiet kollha li ma jitqiesux mil-ligi bhala immobbli.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment