Reference: 602/2004/1

Judgement Details


Date
09/01/2008
Court
OF APPEAL (CIVIL, INFERIOR)
Judiciary
SCIBERRAS PHILIP
Parties
LAFERLA RENATO AIC vs AQUILINA MARK
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
KERA
Summary
Mill-fatti tal-kawza jirrizulta li l-appellanti ha in lokazzjoni minghand l-attur appellat l-fond inkwestjoni, ad uzu ta' “store” ghall-perijodu ta' hames snin di fermo u hames snin di rispetto. Mahemmx kwestjoni li din il-kirja giet terminata mill-appellanti fuq l-assunt li l-post “kellu hafna umdita`” u dan wara li osserva sinjali ta' korrozjoni fil-merkanzija minnu magazzinata f' dan il-fond. Dan xi sena u nofs fuq li kienet bdiet il-lokazzjoni. L-istess appellanti jghid li hu ta preavviz ta' terminazzjoni lill-attur u wara ghaddielu c-cwievet tal-fond.

L-ewwel Qorti kienet konvinta illi dak li qal il-Perit Tekniku, minnha nominat, jaghmel prova b'sahhitha kontra dak li jallega l-konvenut u cioe li l-fond mikri lilu ma kienx tajjeb ghal uzu li ghalih kien gie mikri. Huwa minnu ukoll illi l-Perit Tekniku stqarr li fil-fond de quo hemm umdita, pero in eskussjoni, l-istessPerit Tekniku jistqarr illi l-post huwa adegwat sabiex jintuza bhala store ghal prodotti li jinbieghu minn ironmongery. L-istess Qorti qatat u iddeciedi din il-kawza billi ikkundannat lill-konvenut ihallas lill-attur is-somma ta' Lm2,739.37 bl-imghaxijiet legali mid-data tan-notifika ta' dan l-avviz. Bl-ispejjez kollha kontra l-konvenut.

Fuq l-indagini ta din il-Qorti tal-Appell mir-rizultanzi processwali, jidher li l-aggravament ta' l-umdita` fil-fond de quo, giet prokurata minn certa kondotta omissiva ta' l-appellanti innifsu. Dan minhabba il-fatt tan-nuqqas da parti tieghu tat-tindif tal-gulleys taz-zewgt ibtiehi u ghal fatt ta' nuqqas ta' ventilazzjoni adegwata, kif hekk verifikat u stabbilit mill-espert tekniku. Ghall-Qorti, dawn huma cirkostanzi rilevanti hafna ghax juru illi l-appellanti kerrej ma ssorveljax kif jixraq, fuq l-istat tal-fond u ta' l-efficjenza tieghu ghalgodiment pjen. Ghaldaqstant din il-Qorti tiddeciedi billi tichad l-appell u tikkonferma s-sentenzaappellata, bl-ispejjez kontra l-konvenut appellant.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info