Reference: 70/2006

Judgement Details


Date
27/04/2007
Court
CIVIL FIRST HALL (CONSTITUTIONAL JURISDICTION)
Judiciary
MALLIA TONIO
Parties
GRECH L-AVUKAT DOTTOR ALFRED vs L-AVUKAT GENERALI
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
ARTIKOLU 3 (1A) TAL-KAP 104 - POLIZA TA ASSIGURAZZJONI - SEWQAN TA VETTURA BLA POLZA TA ASSIGURAZZJONI
Summary
Ir-rikorrent gie mharrek quddiem il-Qorti tal-Magistrati (Ghawdex) bhala Qorti ta` Gudikatura Kriminali u gie akkuzat, fost affarijiet ohra, li saq vettura minghajr ma kien kopert b`polza ta` assigurazzjoni kontra r-riskju ta` terzi persuni. L-artikolu 3 (1A) tal-Kap. 104, l-Ordinanza dwar l-Assikurazzjoni ta` vetturi tal-Mutur ghar-riskju ta` Terzi persuni, jipprovdi li:

“(1A) Ikun prezunt li ma kienx hemm polza tal-assigurazzjoni fis-sehh skont is-subartikolu (1), kemm-il darba min jigi akkuzat b`reat taht is-subartikolu (1) ma jgibx prova kuntrarja billi juri certifikat tal-assigurazzjoni mahrug taht l-artikolu 4(4)”.

Ir-rikorrenti jissottometti li dan l-artikolu, li jpoggi l-oneru tal-prova fuqu bhala imputat, ghalkemm permess bil-proviso tal-artikolu 39(5) tal-Kostituzzjoni, imur kontra l-artikolu 6(2) tal-Konvenzjoni Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem kif inkorporata fil-Kap. 319 tal-Ligijiet ta` Malta. Ir-rikorrent talab lill-Qorti tal-Magistrati (Ghawdex) tirriferi din il-kwistjoni ghal konsiderazzjoni ta` din il-Qorti, izda dik il-Qorti, b`decizjoni tal-20 ta` Lulju, 2006, cahdet li taghmel ir-riferenza mitluba peress li, fil-fehma taghha, ma hemm ebda inkompatibilita` bejn il-ligi in materja u l-Konvenzjoni Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem, u qieset it-talba bhala wahda frivola u vessatorja.

Ir-rikorrenti ma jhossx li t-talba tieghu hija frivola u vessatorja, u ressaq dan ir-rikors fejn qed jitlob dikjarazzjoni li l-imsemmi art. 3(1A) tal-Kap. 104, fil-fatt imur kontra l-artikolu 6 tal-Ewwel Skeda tal-Kap. 319.

F`dan il-kaz ukoll,il-Qorti tal-Magistrati (Ghawdex) ma illimitatx ruhha biex tiddeciedi biss fuq it-talba tad-difiza,izda ezaminat guridikament il-kompatibilita` tal-artikolu tal-ligi invokat mar-regoli tal-Konvenzjoni Ewropea; ghalhekk, f`dawn ic-cirkustanzi partikolari, ma kien hemm xejn x`josta li dik l-istess kwistjoni titressaq b`rikors quddiem din il-Qorti, kif effettivament sar.

F`dan il-kaz, m`hemmxl-estremi puntwalizzati mill-Onorabbli Qorti Kostituzzjonali fil-kawza imsemmija. Ir-rikorrent magiex mcahhad mill-possibilita` “of any reasonable defence”, ghax kull ma l-ligi tipprovdi, hu li, fin-nuqqas ta` prova kuntrarja mill-imputat, ikun prezunt li ma kienx hemm polza ta` assigurazzjoni.Din il-prezunzjoni, pero`, mhix wahda assoluta, u f`kull kaz, ma cahhadx lill-imputat milli jressaqgustifikazzjoni plawsibili ghal tali nuqqas. Il-Qorti xorta wahda ghandha d-dmir li tevalwa l-provikollha prodotti qabel ma tiddeciedi jekk jinkonkorux l-elementi kollha tal-fatt tar-reat, u jekk dawn ikunu jirrizultaw, hija tista` wkoll tikkunsidra cirkustanzi li jistghu iwasslu ghall-mitigazzjoni tal-piena sakemm dan hu possibbli jew koncess mill-istess ligi. Ma hemm xejn fl-artikolu impunjatli jtellef minn xi dritt li jgawdi imputat taht il-Konvenzjoni Ewropea. Huwa xorta wahda munit bil-presunzjoni tal-innocenza, u l-fatt li, ghall-element partikolari tar-reat, huwa jrid jgib il-provakuntrarja, ma jfissirx li hu sejjer ikun imcahhad milli jinghata smiegh xieraq.

Din il-Qortima tarax li fic-cirkustanzi, dak il-provediment tal-ligi huwa irragonevoli. Il-htiega ta` assikurazzjoni ghar-riskju ta` terzi persuni hija rizultat ta` fatt li sewwieq ta` vettura tal-mutur ghanduf`idejh oggett li varji drabi hu deskritt bhala “arma” b`possibilita` ta` periklu ghall-utenti l-ohra tat-triq; kwindi, tali assikurazzjoni hija mehtiega fl-interess pubbliku. F`socjeta` bazata fuq il-kompetizzjoni, din l-assikurazzjoni tista` tingieb minn diversi kompetituri li joffru dan is-servizz, u l-eziztenza ta` tali negozju irid jigi muri minn min ikun parti fih, u mhux minn terzi li ma jistghux ikunu tenuti jippruvaw in-negattiv. Meta r-reat jikkonsisti f`fatt negattiv, hija kwazi impossibbli tingieb prova li teskludi, sa minghajr dubju ragonevoli, l-eziztenza ta` dak il-fatt, u jekk il-prova kuntrarja li dak il-fatt sar mhux xi pis kbir jew insormontabbli ghall-akkuzat, li l-akkuzat ikollu dan l-oneru ma jnaqqas xejn mid-dritt ta` smiegh xieraq. F`dan il-kaz, kull ma jrid jaghmel l-akkuzat hu li jesebixxi kopja tal-kuntratt ta` assikurazzjoni fuq il-vettura partikolari, jewjipproduci bhala xhud rapprezentant tal-kumpanija assikurattiva li maghha hu ghazel li jassikura l-vettura kontra riskji ghat-terzi. Ir-rikorrent ghandu, ghalhekk, mezzi legali biex iwaqqa` l-presunzjoni li taghti l-ligi, u ma hux imqieghed f`xi zvantagg sporporzjonat vis-à-vis il-prosekuzzjoni.

Ghaldaqstant din il-Qorti tiddisponi mill-kawza billi tichad it-talbiet tar-rikorrenti, bl-ispejjez kontra tieghu.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info