Fil-Qosor
Din hija kawza dwar allegat ksur tal-jedd fundamentali li persuna tgawdi hwejjigha bil-kwiet u bla xkiel. Ir-rikorrent kien sid ta' mini bus li kien fi hsiebu jahdem bih biex igorr in-nies. Minhabbakwestjoni dwar l-ghadd ta' postijiet li l-mini bus kien jakkomoda, il-Pulizija talbet lir-rikorrentirodd lura l-pjanci tar-registrazzjoni tal-vettura u kif ukoll il-log book taghha. Sakemm l-istessrikorrent ghadda minn proceduri kriminali dwaru, il-mini bus inzamm mill-Pulizija. Meta ntemmu l-imsemmija proceduri, il-vettura nhelset izda r-rikorrent ma riedx johodha lura qabel ma tinghatalu wkoll il-licenza biex ikun jista' jahdem biha. Ir-rikorrent baqa' ma regax ha lura l-vettura. Issa qieghed jitlob il-kumpens ghat-telf ta' dhul minhabba li ma setax jinqeda bi hwejgu u wkoll ghaliex jghid li l-Pulizija mxiet mieghu mod iehor minn kif imxiet ma' haddiehor fuq vetturi bhalha.
Huwa mehtieg mil-ligi nnifisha illi biex il-Qorti taghzel li tirrifjuta li tezercita s-setghat taghhabiex tistharreg ilment dwar ksur ta' jedd fundamentali trid tkun sodisfatta li min iressaq ilment kostituzzjonali quddiemha ghandu jew kellu mezzi xierqa ghal rimedju favurih dwar dak l-allegat ksur skond xi ligi ordinarja ohra. Wara li tara li tali rimedju kien disponibbli, l-Qorti tkun trid xorta wahda tqis li jkun desiderabbli li ma tezercitax dawk is-setghat.
L-ezistenza ta' rimedju iehor lill-parti li tressaq azzjoni ta' allegat ksur ta' jedd fondamentali taht il-Kostituzzjonijew taht il-Konvenzjoni ghandha tirrizulta lill-Qorti bhala stat ta' fatt attwali u oggettiv, u d-diskrezzjoni li tista' twettaq il-Qorti biex ma tezercitax is-setghat taghha jekk tqis li jkun desiderabbli li hekk taghmel minhabba l-ezistenza ta' rimedju iehor hija decizjoni fuq tali stat ta' fatt. F'kaz li ma jirrizultax li kien hemm rimedju iehor xieraq, il-Qorti trid tiehu konjizzjoni tal-ilment, u f'kaz li kien hemm rimedju iehor, il-Qorti jibqaghlha s-setgha li tiddeciedi li xorta wahdama ccediex l-ezercizzju tas-setgha taghha.
Filwaqt li ma jithallewx isiru kawzi kostituzzjonali bla bzonn, min-naha l-ohra ma jigrix li, minhabba thaddim liberali tad-diskrezzjoni, persuna tinzamm milli tmexxi l quddiem azzjoni bhal din meta jkun jidher li l-kaz huwa wiehed serju li jimplika t-telf jew tnaqqir ta' jedd fondamentali ghal dik il-persuna. Din id-diskrezzjoni ghandha dejjemtigi wzata fl-ahjar interess tal-amministrazzjoni tal-gustizzja biex, min-naha l-wahda, il-Qrati ta'indoli kostituzzjonali ma jsibux ma' wicchom kawzi li messhom jew setghu tressqu quddiem Qrati ohrajn kompetenti jew li dwarhom messhom jew setghu jitfitxxu rimedji ohrajn effettivi, u biex, min-nahal-ohra, persuna ma tigix imcahhda mir-rimedji li ghandha jedd tfittex taht il-Kostituzzjoni jew taht il-Kap 319 tal-Ligijiet ta' Malta.
Meta jinghad li jkun hemm rimedju iehor xieraq, dejjem ikun qieghed jitfisser li tali rimedju jrid jitqies fid-dawl tal-ksur tal-jedd fondamentali li jkun qed jigi allegat li nkiser jew li jkun mhedded li sejjer jinkiser: ghandu jkun rimedju accessibbli,xieraq, effettiv u adegwat biex jindirizza l-ksur jew theddid ta' ksur lamentat. M'hemmx ghalfejn li, biex jitqies bhala effettiv, ir-rimedju jintwera bhala wiehed li se' jaghti lir-rikorrent successgarantit, bizzejjed li jintwera li jkun wiehed li jista' jigi segwit b'mod prattiku, effettiv u effikaci.
Madankollu, l-ezistenza ta' rimedju iehor trid titqies fiz-zmien tal-allegat ksur tal-jedd fondamentali li dwaru jitressaq l-ilment, u mhux fiz-zmien li jkun tressaq l-ilment kostituzzjonali jew konvenzjonali. M'huwiex moghti lil persuna l-beneficcju li l-ewwel thalli jghaddi ghalxejniz-zmien li fih setghet tiehu r-rimedju ghall-ksur tal-jedd taghha, u mbaghad tressaq ilment kostituzzjonali jew konvenzjonali dwar l-istess ksur bhallikieku l-procedura kostituzzjonali jew konvenzjonali kienet xi rimedju in extremis li wiehed jista' jirrikorri ghalih biex isewwi zball jew nuqqas li ma messux twettaq qabel.
F'ghadd ta' sentenzi moghtijin mill-Qorti Kostituzzjonali, gew stabiliti principji li ghandhom jigu segwiti minn Qorti biex tqis jekk huwiex minnu li r-rikorrent kellu ghad-dispozizzjoni tieghu rimedju alternattiv effettiv. Fost dawn il-principji wiehed isibli (a) meta jidher car li jezistu mezzi ordinarji disponibbli ghar-rikorrent biex jikseb rimedju ghall-ilment tieghu, ir-rikorrent ghandu jirrikorri ghal tali mezzi qabel ma jirrikorri ghar-rimedju kostituzzjonali, u huwa biss wara li jkun fittex dawk il-mezzi jew wara li jidher li dawk il-mezzi majkunux effettivament disponibbli li ghandu jintuza r-rimedju kostituzzjonali; (b) li d-diskrezzjonili tuza l-Qorti biex tqis jekk ghandhiex twettaq is-setghat taghha li tisma' kawza ta' natura kostituzzjonali ghandha torbot, sakemm ma tingiebx xi raguni serja u gravi ta' illegalita', ingustizzja jew zball manifest fl-uzu taghha; (c) m'hemm l-ebda kriterju stabilit minn qabel dwar l-uzu tal-imsemmija diskrezzjoni, billi kull kaz jehtieg jigi mistharreg fuq ic-cirkostanzi tieghu; (d) in-nuqqaswahdu ta' tehid ta' mezzi ordinarji mir-rikorrent m'huwiex raguni bizzejjed biex Qorti ta' xejra kostituzzjonali taqtaghha li ma tuzax is-setghat taghha li tisma' l-ilment, jekk jintwera li l-imsemmija mezzi ma kinux tajbin biex jaghtu rimedju shih lir-rikorrent ghall-ilment tieghu; (e) in-nuqqas ta' tehid ta' rimedju ordinarju - ukoll jekk sata' kien ghal kollox effettiv biex jindirizza l-ilmenttar-rikorrent - minhabba l-imgiba ta' haddiehor m'ghandux ikun raguni biex il-Qorti twarrab is-setghat taghha li tisma' l-ilment kostituzzjonali tar-rikorrent; (f) l-ezercizzju minn Qorti (tal-ewwelgrad) tad-diskrezzjoni taghha bla ma tistharreg il-materja necessarja li fuqha tali diskrezzjoni ghandha titwettaq, jaghti lil Qorti tat-tieni grad is-setgha li twarrab dik id-diskrezzjoni; u (g) metar-rimedju jaqa' fil-kompetenza ta' organu iehor jew meta s-smigh tal-ilment tar-rikorrent se' jwassal biex l-indagni gudizzjarja u l-process l-iehor tas-smigh tar-rimedju ordinarju jkunu duplikazzjoni ta' xulxin, il-Qorti kostituzzjonali ghandha ttendi lejn ir-rifjut li tuza s-setghat taghha kostituzzjonali, sakemm l-indagni gudizzjarja tal-kaz ma tkunx, min-natura taghha, ixxaqleb izjed lejn kwestjoni kostituzzjonali.
Id-diskrezzjoni li l-Qorti taghzel li tiehu jekk twettaqx jew le s-setghat taghha kostituzzjonali biex tisma' kawza ghandha tigi ezercitata bi prudenza, b'mod li fejn jidher li hemm jew sejjer ikun hemm ksur serju ta' drittijiet fondamentali, l-Qorti xxaqleb lejn it-twettiq ta' dawk is-setghat. Irid dejjem jitqies li din id-diskrezzjoni ghandha tigi wzata fl-ahjar amministrazzjoni tal-gustizzja u tohloq bilanc biex, mill-banda l-wahda, twaqqaf lil min jipprova jabbuza mill-process kostituzzjonali, u mil-banda l-ohra zzomm milli jigi mahluq xkiel bla bzonn lil min genwinament ifittex rimedju kostituzzjonali.
Din il-Qorti tghid li ma ssemmiex x'kien tassew ir-rimedju effettiv li r-rikorrent seta' jiehu fiz-zmien rilevanti kontra l-intimat u jidhrilha lim'huwiex mixtieq li l-kwestjoni mqanqla mir-rikorrent tithalla minghajr l-istharrig tal-ilment fil-qofol tieghu (jigifieri kemm tal-ezistenza tal-ksur tal-jedd lamentat u kif ukoll tac-cirkostanzi liwasslu biex ir-rikorrent jibda dawn il-proceduri wara tant snin). Ghaldaqstant din il-Qorti tqis lihija ghandha tezercita s-setghat taghha kostituzzjonali biex tisma' u tistharreg din il-kawza fil-mertu.