Reference: 3/1998/2

Judgement Details


Date
15/01/2007
Court
OF APPEAL (CIVIL, INFERIOR)
Judiciary
DEPASQUALE ANTON
Parties
BUSUTTIL ANTONIA ET vs CAMENZULI EMANUEL
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
RIKORS; KERA
Summary
Tribunal tat-tieni (2) grad ma jiddisturbax l-apprezzament tal-provi maghmul minn tribunal tal-ewwel(1) grad sakemm ma tirrizultax raguni serja sabiex isir tali disturb. Dina l-Qorti hija konvintailli ma hemm ebda raguni ghala ghandha tiddisturba l-apprezzament ta' dawn il-provi illi ghamel il-Bord fis-sentenza appellata u illi wasslu sabiex jichad it-talba tar-rikorrenti.

Ghalkemm ir-rikors ta' appell huwa konsiderevolment twil, fih jinghadu hafna affarijiet illi huma irrilevantispecjalment fid-dawl tal-kawzali illi hemm fir-rikors promotur tal-kawza illi fuqhom hija bazata it-talba tar-rikorrenti.

L-ewwel (1) kawzali hija illi l-intimat ceda jew ittrasferixxa r-raba in kwistjoni lil ibnu minghajr il-kunsens tar-rikorrenti. Dwar din il-kawzali fis-sentenza appellata il-Bord, wara illi irrefera ghall-provvediment tal-Artikolu 4(2)(c) tal-Kap. 199, cahad it-talba imseja f'din il-kawzali peress illi “l-kirja giet mghoddija mill-intimat lill-ibnu u l-ligi ma tikkunsidrax dan bhala nuqqas min-naha tal-kerrej”.

It-tieni (2) kawzali hija illi, filwaqt illi “ir-raba ma ghadux fonti importanti ghall-ghixien tal-intimat”, ir-rikorrenti jehtiegu l-istess raba “ghall-bzonnijiet taghhom”. Dwar din il-kawzali il-Bord, fis-sentenza appellata, ikkonkluda illi r-rikorrenti “Lanqas biss jghidu x'inhu l-bzonn taghhom ahseb u ara kemm iffirmawh. Ghalhekk it-talba msejsa fuq it-tieni kawzali giet michuda”.

Din l-Onorabbli Qorti tikkonkludi illi c-cahda tat-tieni (2) kawzali hija gusta ghaliex dina l-Qorti fost l-atti processwali ma sabet ebda prova illi r-rikorrenti ghandhom bzonn ir-raba in kwistjoni ghall-bzonnijiet taghhom jew ta' xi wiehed jew wahdaminnhom. Ghalhekk, dak illi jinghad fir-rikors ta' appell dwar l-introjtu tal-intimat jew ta' ibnu Michael mir-raba in kwistjoni huwa rrilevanti.

It-tielet (3) kawzali hija fis-sens illi “l-intimat naqas li jhares il-kondizzjonijiet lokatizji billi halla li ssir bosta hsara u traskuragni fir-razzett formanti parti mill-kirja”. Dwar din il-kawzali il-Bord ikkonstata u kkonkluda illi “c-chairman u l-periti ikkunsultaw lil xulxin fuq din il-kawzali u waslu ghall-konkluzjoni li m'hemmx il-hsara lamentata min-naha tar-rikorrenti. Huwa raba mizmum flimkien mar-razzett fi stat tajjeb bhal raba iehor u m'hemm xejn li jiggustifika talba ghal zgumbrament. Ghalhekk din il-kawzali qed tigi michuda wkoll”.

Dina l-Qorti taqbel mal-konkluzjoni appena citata u, fil-fehma taghha ma jirrizultax b'mod konkluziv illi l-intimat ikkaguna “bosta hsara” fir-razzett formanti parti mill-kirja inkwistjoni jew illi halla l-istess razzett fi stat ta' traskuragni.

Ghaldaqstant din l-Onorabbli Qorti tichad l-appell u tikkonferma s-sentenza appellata.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info