eCourts
Civil Cases
Judgements
Insolvencies
Judicial Sales
Hall Usage
Services
Get Mobile Notifications
Pay Court Fines
Pay Court Registry Fees
Help
Chat
Malti
English
Log In
Home
Search Judgements
Details
Reference: 118/2001/1
Download
Judgement Details
Date
25/09/2001
Court
OF CRIMINAL APPEAL (INFERIOR)
Judiciary
VELLA PATRICK
Parties
IL-PULIZIJA vs KHALLOUF FATIHA
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT
Linked Case
IL-PULIZIJA vs KHALLOUF FATIHA - 118/2001/1 - OF CRIMINAL APPEAL (INFERIOR), MALTA
Keywords / Summary
Keywords
AGGUNTIVA TAL-MINISTRU TAL-GUSTIZJA - AWTORITA GHALL PROCEDIMENT - ESTRADIZZJONI - EUROPEAN CONVENTION ON EXTRADITION - KAP 304 - ORDNI TA KUSTODJA - ORDNI TA TREGGIGH LURA - PRIMA FACIE - RATIFIKA TA KONVENZJONI - REAT KONTINWAT
Summary
L-argument tal-appellanti li gja' la darba hi ma kienetx l-Italja meta saru dawn ir-reati, allura, ma taqax taht il-gurisdizzjoni Taljana, hu argument legalment zbaljat.
Effettivament jezistuhafna kazijiet, specjalment meta si tratta ta' proceduri ta' estradizzjoni, fejn xi hadd involut fir-reat, jista' jkun il-komplici, per ezempju, ma jkunx fizikament prezenti fil-pajjiz fil-mument lijsir ir-reat. Xorta, pero', legalment huwa responsabbli bhala komplici u xorta jista' jitregga luraghal dak il-pajjiz fejn sar ir-reat biex jigi processat hemmhekk.
Il-Qorti Rimandanti bazikament irriteniet li l-Qrati Maltin ma jistghux jiehdu konjizzjoni tal-European Convention on Extradition peress li dan it-trattat ma giex inkorporat fil-ligi Maltija skont kif provdut bl-Att Dwar ir-Ratifika ta' Trattati (Kap. 304), u, senjatament skont l-Artikolu 3 (3) ta' dan l-Att. Il-Qorti Rimandanti ma qalet xejn aktar minn hekk. Din il-Qorti tara li fil-fehma tal-Qorti Rimandanti dan kienhekk ghaliex dik il-Konvenzjoni ma gietx ratifikata ai termini tas-subartikoli (1) u (2) tal-Artikolu 3 tal-Kap. 304.
Il-Kap. 304 jghid li certi tratti, u allura mhux kull trattat (sottolineartal-Qorti sabiex issir enfasi fuq dak li qed tghid), m'ghandhomx jibdew isehhu dwar Malta kemm il-darba dawn ma jkunux gew ratifikati, jew ir-ratifika taghhom ma tkunx giet awtorizzata jew approvata ai termini tas-subartikolu (1) tal-Artikolu 3. Dawn trattati, li jirrikjedu ratifika b'dan il-mod, huma biss dawk it-trattati li ssir riferenza ghalihom f'dan is-subartikolu (1) tal-Artikolu 3 u li, ghalhekk, sabiex jorbtu lill-Malta fuq livell internazzjonali ghandhom jigu ratifikati bilfors bil-mod u kif jistippla s-subartikolu (2) ta' l-istess Artikolu.
Meta si tratta ta' reat kontinwat,il-ligi penali taghna tibqa tikkunsidrah bhala reat wiehed u wahdu, a single offence. Il-Professur Mamo hekk isejjahlu w qatt ma jiddeskrivih bhala xi reat akkompanjat b'cirkostanzi aggravanti. Kif thhid il-ligi, sabiex reat ikun wiehed kontinwat, jehtiec li jikkonkorru tlett rekwiziti, cioe',
(1) diversi azzjonijiet li jivvjolaw l-istess disposizzjoni tal-ligi;
(2) li gew maghmula f'okkazzjonijet differenti; u
(3) li gew maghmula dejjem bl-istess risoluzzjoni jew intenzjoni kriminuza biex tinkiser dik l-istess disposizzjoni tal-ligi.
Click here to search again.