Reference: 504/1995/1

Judgement Details


Date
04/01/2001
Court
CIVIL FIRST HALL (CONSTITUTIONAL JURISDICTION)
Judiciary
DE GAETANO VINCENT
Parties
BARBARA JOSEPH AIC vs ONOR. PRIM' MINISTRU
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
DRITTIJIET FONDAMENTALI TAL-BNIEDEM, DISKRIMINAZZJONI AI TERMINI TAL-KOSTITUZZJONI - DRITTIJIET FONDAMENTALI TAL-BNIEDEM, DISKRIMINAZZJONI POLITIKA - DRITTIJIET FONDAMENTALI TAL-BNIEDEM, ELEMENTI TAD-DRITT GHAT TGAWDIJA PACIFIKA TA` POSSEDIMENTI TAHT IL-KONVENZJONI EWROPEJA - DRITTIJIET FONDAMENTALI TAL-BNIEDEM, ELEMENTI TA` DISKRIMINAZZJONI - DRITTIJIET FONDAMENTALI TAL-BNIEDEM, VJOLAZZJONIJIET QABEL ID-DHUL FIS-SEHH TAL-KONVENZJONI F`MALTA
Summary
Fir-rigward ta' l-ewwel parti tal-Artikolu 1 tal-Ewwel Protokoll tal-Konvenzjoni Ewropeja (tgawdijapacifika ta` possedimenti) ma jistax aprioristikament jigi eskluz li l-vjolazzjoni, anke jekk bdietqabel it-30 t'April 1987 (ai termini tal-Artikolu 7 tal-Kap. 319), ma tkomplietx ukoll wara l-imsemmija data u ghalhekk tkun tista` tigi konsiderata mill-Qorti.

L-Artikolu 1 tal-Ewwel Protokolltal-Konvenzjoni Ewropeja jikkomprendi tlett regoli distinti. L-ewwel regola, fl-ewwel sentenza tal-ewwel paragrafu, hi ta' natura generali u tistabilixxi il-principju tat-tgawdija pacifika tal-possedimenti. It-tieni regola, fit-tieni sentenza tal-istess paragrafu, tkopri l-privazzjoni mill-possedimenti u tassoggetta tali privazzjoni ghal certi kundizzjonijiet. It-tielet regola, imbghad, li tinsabfit-tieni paragrafu, tirrikonoxxi d-dritt ta' l-istat li, fost affarijiet ohra, jikkontrolla l-uzuta' proprjeta` fl-interess generali. Dawn ir-regoli, ghalkemm distinti, huma konnessi ma xulxin; it-tieni u t-tielet regola jikkoncernaw kazijiet partikolari ta' interferenza mad-dritt tat-tgawdija pacifika tal-possedimenti u ghandhom ghalhekk jigu nterpretati fid-dawl tal-principju generali enuncjat fl-ewwel regola.

Biex wiehed jista' jibda jikkonsidra l-ewwel regola in dizamina, irid jirrisulta li r-rikorrenti, fil-mument tal-allegata vjolazzjoni, kellhom xi forma ta' dritt, azzjonabblifil-qrati, li jiehdu lura l-proprjeta` in kwistjoni, liema dritt gie frustrat bil-vjolazzjoni. F'kaz ta` mera aspettativa wiehed ma jistax dwar "possedimenti" li t-tgawdija taghhom giet imfixkla bi ksur tal-ewwel parti tal-Artikolu 1 tal-Ewwel Protokoll.

Animosita` personali per se ta' xi persuna li tkun tokkupa kariga pubblika lejn persuna partikolari ma tinkwadrax ruhha bhala diksriminazzjoni politika taht l-Artikolu 45 tal-Kostituzzjoni. Dak li kellu jigi ppruvat ghall-fini ta' din id-disposizzjoni kien li t-trattament "differenti" kien minhabba "opinjonijiet politici" (jew minhabbaxi wahda mir-ragunijiet l-ohra msemmija fis-subartikolu (3) tal-Artikolu 45, ez. razza, kulur, fidi, ecc.).




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info