Referenza: 110/2001/1

Dettalji tas-Sentenza


Data
25/09/2001
Qorti
OF CRIMINAL APPEAL (INFERIOR)
Ġudikatura
VELLA PATRICK
Partijiet
IL-PULIZIJA vs GAUCI RAYMOND, BARTOLO ANTHONY
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
ESTRADIZZJONI, ASSOCJAZZJONI SABIEX TIGI KOMMESSA ATTIVITA` KRIMINALI - ESTRADIZZJONI, IMMIGRAZZJONI KLANDESTINA - ESTRADIZZJONI, KOMPLICITA` - ESTRADIZZJONI, REAT KONTINWAT
Fil-Qosor
Kwistjonijiet ta'estradizzjoni huma regolati b'dak kollu li tiddisponi l-Konvenzjoni Ewropea Dwar l-Estradizzjoni, liema trattat jifforma parti mill-korp legislattiv Malti. Ma hemm ebda dubju li Maltahija marbuta fuq livell internazzjonali b'din l-imsemmija Konvenzjoni li, ghalhekk, hija it-trattatjew arrangjament fis-sens ta' l-Artikolu 2 (1) ta' l-Att Dwar l-Estradizzjoni (Kap.276).

Mahemm ebda dubju li sal-lum, fis-sistema legali Malti, kuntrarjament ghal dak Taljan, ma tezistix il-figura tar-reat komunement imsejjah "conspiracy", cioe' r-reat ta' assoccjazzjoni sabiex tigi kommessa attivita' kriminali, bl-eccezzjoni ta' xi ligijiet partikolari fejn jiddisponu specifikatament li tali assoccjazzjoni, fiha nnifisha, tikkostitwixxi reat, bhal ma tiddisponi, per ezempju, l-Ordinanza Dwar il-Medicini Perikoluzi (Kap. 101 tal-Ligijiet ta'Malta).

B'mod generali, normalment,l-elementi rikjesti sabiex jissussisti dan ir-reat ta' "conspiracy", partikolarment f'dawk is-sistemi legali fejn dan huwa reat 'ut sic' (1) irid ikun hemm xi forma ta' ftehim milhuq bejn tnejn/tlieta minn nies jew aktar (2) bl-intenzjoni specifika li jaghmlu attivita' kriminali.

Illi metal-Artikolu 8 (1)(b)(2) tal-Kap. 276 jghid li hu rrilevanti l-isem jew deskrizzjoni li pajjiz rikjedent u dak rikjest jaghtu lil xi reat li jezisti taht is-sistema penali taghhom, basta li l-fatti f'dawn il-pajjizi sostanzjalment jaghtu lok ghal xi reat simili jew ta' l-istess natura jew xorta li jkun prosegwibbli b'azzjoni kriminali fiz-zewg pajjizi, dan id-dispost principalment qed jirreferi ghar-reat allegatament kommess fil-pajjiz rikjedent.

Il-fatti sostanzjali li jirreferi ghalihom l-Artikolu 8(1)(b)(2) tal-Kap. 276 iridu jkunu fatti li b'xi mod jirreferu jew jaghtu lok ghar-rekwiziti essenzjali ghar-reat komplut u maturat ta' l-"associazione a delinquere", jew simili. Din, fil-fehma tal-Qorti, hi l-interpretazzjoni korretta ta' l-Artikolu 8 (1)(b)(2) tal-Kap. 276, u mhux li r-reat ta' "associazione a delinquere" f'dan il-kaz in ezami jigi rez reat ta'estradizzjoni l-ghaliexil-fatti allegati huma sostanzjalment fatti li jaghtu lok ghal reat simili f'Malta. Lanqas ma hu korrett li jinghad li jekk jissussistu l-elementi tat-tentattiv jew tal-komplicita' b'riferenza ghar-reat sostantiv li dwaru tkun allegata l-"associazione a delinquere", allura r-reat sottostanti ghal dan ir-reat jigi reat estradibbli. Ma jistghax ikun hemm it-tentattiv jew il-komplicita' f'reat meta dan ir-reat mhux reat f'Malta.

l-Artikolu 8 (1)(a) tal-Kap. 276 dwar il-minimu tal-piena jsemmi r-rekwizit ta'piena minima ta' sena prigunerija ezistenti fil-pajjiz rikjedent u jiddisponi li r-reat, li in konnessjoni mieghu tkun qed tintalab l-estradizzjoni, sabiex ikun reat ta'estradizzjonif'Malta, irid igorr mieghu minimu ta'sena prigunerija fil-pajjiz rikjedent. Dan l-Artikolu ma jistipula ebda minimu ta'piena karcerarja ghall-istess reat fil-pajjiz rikjest, cioe' Malta.

Fi proceduri ta'estradizzjoni quddiem il-Qrati taghna ma tezistiex il-figura ta'persuna li tigi mputata jew akkuzata b'reat.". Dawn huma proceduri intizi biex jigi stabbilit jekk hemmx il-presupposti fattwali w formali skond il-ligi, inkluza l-Kostituzzjoni (Art. 43), sabiex talba ta'pajjiz barrani ghat-treggigh lura lejn dak il-pajjiz ta'persuna partikolari tintlaqa'. Effettivament ghandu dejjem jiginnutat u sottolineat li mhumiex il-Qrati Maltin li jordnaw l-estradizzjoni ta'persuna lejn pajjiz barrani rikjedent, izda tali Ordni ta' Treggigh Lura jinhareg finalment u biss mill-Ministru responsabbli ghall-Gustizzja fid-diskrezzjoni tieghu (Art. 21 tal-Kap. 276). Il-Qrati Maltin, fi proceduri ta'estradizzjoni, jistghu jaslu biss biex jaraw, fuq bazi ta'prima facie, jekk hemmx ragunijiet bizzejjed biex persuna titpogga taht kustodja ghall-fini tat-treggigh lura taghha lejn il-pajjiz rikjedent. Hu f'dak il-pajjiz, imbaghad li ssir il-kontestazzjoni fil-meritu ta' dawk l-akkuzi u mhux quddiemil-Qrati Maltin.

Fi kwistjoni ta'estradizzjoni xorta jittiehed in kunsiderazzjoni l-elementtal-kontinwat fir-reat ghall-fini tal-komputazzjoni tal-piena sabiex dak ir-reat ikun jista' jigi dikjarat estradibbli jew le. Meta si tratta ta'reat kontinwat, il-ligi taghna tikkunsidrah dejjem bhala reat wiehed, "a single offence".

Biex reat ikun wiehed kontinwat, ai termini ta' l-Artikolu18 tal-Kodici Kriminali, jehtieg li jikkonkorru tlett rekwiziti, cioe' (a) diversi azzjonijiet (actions u mhux acts) li jivvjolaw l-istess disposizzjoni tal-ligi, (b) anke jekk maghmulha f'okkazzjonijiet differenti, u (c) li gew maghmulha dejjem bl-istess risoluzzjoni jew intenzjoni li tinkiser dikid-disposizzjoni tal-ligi. Meta hemm dawn it-tlett elementi, ghalkemm hemm diversi azzjonijiet, xorta dan ikun "a single offence", reat wiehed, dak kontinwat.

Hu propju importanti f'kaz ta' estradizzjoni, cioe', ir-rekwizit li piena li xi reat hu soggett ghaliha, kemm fil-pajjiz rikjedent kif ukoll fil-pajjiz rikjest, ai termini ta' l-Artikolu 2 tal-Konvenzjoni Ewropea Dwar l-Estradizzjoni, ghall-istess jew simili fatti kriminanti, ma tkunx anqas minn sena prigunerija, jew piena akbar.

F'Malta, gja' la darba l-allegati fatti jindikaw reat sostanzjalment simili fin-natura jew fix-xorta tieghu, wiehed kontinwat, (dak taht l-Artikolu 32 tal-Kap. 217), anke hawnhekk, allura, danir-rekwizit tal-minimu ta'sena prigunerija ai termini ta' l-Artikolu 2 tal-Konvenzjoni Ewropea Dwarl-Estradizzjoni, jinsab sodisfatt ghaliex dan ir-reat, f'Malta, huwa soggett ghall-zieda fil-piena ta'grad jew tnejn ghall-iskop ta' dan l-Artikolu.

M`hijex xi haga straordinarja li min ikun involut f` attivita' illegali, specjalment meta tkun wahda organizzata internazzjonalment, fil-fatt ma jkunx prezenti fil-pajjiz fejn jigu kunsmati r-reati, bhal ma spiss jkunu l-komplici. Anzi in-nuqqas tal-presenza tal-komplici f'dak il-pajjiz fil-hin li jigi kunsmat ir-reat hemmhekk hija haga fermkomuni jew naturali, u hafna drabi tkun intiza appozitament ghall-skopijiet ta' xi difiza f'xi proceduri kriminali li jistghu eventwalment jittiehdu fil-konfront tal-komplici. Jibqa' il-fatt, pero',li tali presenza fil-pajjiz fejn jigi kunsmat ir-reat mhiex essenzjali ai fini ta'gurisdizzjoni. Lihu importanti hu li jigi stabbilit u pruvat in-nexus bejn ir-reat fejn ikun gie kunsmat u l-persuna li allegatament kienet ippartecipat f'dak ir-reat b 'xi mod.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment