Reference: 80/1999/1

Judgement Details


Date
28/02/2001
Court
CIVIL COURT, FIRST HALL
Judiciary
VALENZIA GEOFFREY
Parties
BURGER OPERATIONS LIMITED vs LA ROSA MICHAEL
ECLI
N/A
Judgement Type
NOT AVAILABLE

Keywords / Summary


Keywords
STHARRIG TA` EGHMIL AMMINISTRATTIV - TRIBUNAL INDUSTRIJALI, GURISDIZZJONI ESKLUSSIVA TA` - TRIBUNAL INDUSTRIJALI, POTERI TA` REVIZJONI TAL-QRATI ORDINARJI
Summary
B'din l-azzjoni is-socjeta` attrici ipprovat tattakka decizjoni tat-Tribunal Industrijali. Fil-kaz in ezami t-Tribunal iddecieda li r-rizenja mill-impieg tal-konvenut ma tikkwalifikax bhala rizenja volontarja fil-veru sens tal-kelma izda bhala tkeccija. Is-socjeta` attrici allegat li t-Tribunal ma kellux gurisdizzjoni li jaghmel din it-tip ta` determinazzjoni u ghalhekk id-decjoni tieghu kienet ultra vires.

It-Tribunal fis-sentenza tieghu irrefera ghall l-artikoli tal-Kodici Civili, ghamel apprezzament tal-fatti, u rrefera wkoll ghall-principji ta' ekwita' u gustizzja naturali (ara fol. 9 it-tielet paragrafu tas-sentenza.) Kien hemm ghalhekk fis-sentenza kemm apprezzament ta' punti ta' ligi kif ukoll ta' punti ta' fatt.

Il-Qorti ikkunsidrat li fil-kaz in ezami t-Tribunal kellu bil-fors qabel ma jiddeciedi jekk it-terminazzjoni tal-impieg tal-konvenut kinitx ghall raguni tajba u sufficjenti skond il-ligi, jidhol fil-mertu tal-kwistjoni l-ohra jekk ir-rizenja mill-impieg tal-konvenut kienitx tikkwalifika bhala rizenja volontarja jew tkeccija. Il-partijiet trattaw dan il-punt quddiem it-Tribunal, ghamlu s-sottomissjonijiet taghhom u hadd ma sab oggezzjoni li t-Tribunaljiddeciedi dan il-punt. Hu propjament ma kien qed jinterpreta ebda kuntratt jew ftehim.

It-Tribunal kellu jaghmel l-apprezzament tieghu tal-ittra tar-rizenja tal-konvenut u minnha johrog il-konkluzzjonijet tieghu. Dana kollu kien apprezzament li hu setgha jaghmlu qabel jidhol fil-mertu.

Lanqas ma jista' jinghad li dawn il-konkluzzjonijiet kienu rragjonevoli. Jista' wiehed forsi majaqbilx mar-ragunijiet li ta t-Tribunal, izda mhux il-kompitu tal-Qorti li taqbel jew ma taqbilx mieghu, meta l-ligi taghti dawn il-poteri decizjoniali lit-Tribunal. Wiehed jista' jghid li kien hemmzbalji ta' logika u ta' argumentazzjoni, zbalji fl-arti tar-retorika, izda dawn m'humiex soggetti ghal judicial review da parti tal-qrati.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info