Reference: 1829/2000/1

Judgement Details


Date
27/01/2006
Court
OF APPEAL (CIVIL, SUPERIOR)
Judiciary
DE GAETANO VINCENT, DEPASQUALE ANTON, MAGRI ALBERT J.
Parties
BORG NIKOL vs SEGRETARJU PERMANENTI
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Summary
L-artikolu 469A tal-Kap 12 jaghti gurisdizzjoni partikolari lill-Qrati civili li jiflu ghamil ta' awtorita` pubblika, jipprovdi li kull azzjoni ghandha tinbeda fi zmien sitt xhur minn meta min ikolluinteress isir jaf jew seta' sar jaf b'ghamil amministrattiv mehud dwaru. Dan it-terminu japplika f'kull kaz ta' stharrig gudizzjarju, ghajr fil-kazijiet fejn l-ghamil amministrattiv jikser il-Kostituzzjoni, f'liema kaz ma jidhirx li dak it-terminu ta' sitt xhur japplika.

Iz-zmien ta' sitt xhur imsemmi fl-artikolu 469A(3) tal-Kap 12 huwa wiehed ta' dekadenza. Dan ifisser li tali terminu majigix interrott jew sospiz bhalma jsehh fil-kaz ta' terminu ta' preskrizzjoni. Fuq kollox dak iz-zmien ta' sitt xhur japplika ghal dawk il-kazijiet ta' stharrig gudizzjarju li jirreferu ghal eghmilamministrattiv li jkun ultra vires: ma japplikax fil-kaz ta' stharrig ta' eghmil amministrattiv li jinghad li jikser il-Kostituzzjoni.

L-Artikolu 469A japplika ghal kull xorta ta' atti amministrattivi, kemm dawk fejn l-awtorita` pubblika hija moghtija diskrezzjoni kif ukoll fejn l-awtorita` pubblika ma gietx moghtija diskrezzjoni kif tagixxi, sakemm naturalment tali atti amministrattivi jaqghu fid-definizzjoni ta' “eghmil amministrattiv” kif provdut fl-Artikolu 469A(2), u “hlief hekk kifprovdut mod iehor bil-ligi” (l-ewwel parti ta' l-Artikolu 469A(1)).





Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info