Reference: 1440/2004/1

Judgement Details


Date
07/12/2005
Court
OF APPEAL (CIVIL, INFERIOR)
Judiciary
SCIBERRAS PHILIP
Parties
ZAMMIT & CACHIA TRADING CO LTD ET vs MIZZI FRANCIS
ECLI
N/A
Judgement Type
PARTIAL SENTENCE

Keywords / Summary


Keywords
PRESKRIZZJONI, GURAMENT DECIZORJU - PRESKRIZZJONI, GURAMENT DECIZORJU - STQARRIJIET VALIDI
Summary
Kif tigi opposta l-preskrizzjoni, l-attur jista' jikkombattiha jew billi jaghti l-gurament lill-konvenut, jew b' xi wiehed mill-mezzi fuq imsemmijin, jigifieri inammisibilita`, interruzzjoni jew sospensjoni tal-preskrizzjoni.

Il-preskrizzjonijiet imsemmija fl-artikoli 2147, 2148, 2149, 2156 u2157, m' ghandhomx effett jekk il-partijiet li jeccepuhom, meta jinghata lilhom il-gurament, ma jistqarrux li mhumiex debituri, jew li ma jiftakrux jekk il-haga gietx imhallsa.

Id-disposizzjoni ta' l-Artikolu 2160 tal-Kodici Civili taghna hija dissimili mid-disposizzjoni analoga tal-Kodici Civili Taljan. Ghal dak il-Kodici, di fatti, il-gurament deferit lid-debitur li jopponi dawn il-preskrizzjonijiet brevi, huwa intiz biex jigi accertat jekk realment kienx hemm l-estinzjoni tad-debitu;mentri skond il-Kodici Civili taghna l-formula tal-gurament li jigi deferit lill-pretiz debitur hija dik li mhux debitur, jew li ma jiftakarx jekk il-haga gietx imhallsa. L-ewwel parti tikkomprenditant l-mankanza, ghal kull raguni, kemm l-estinzjoni ta' l-obbligazzjoni bil-hlas; it-tieni parti tissupponi l-obbligazzjoni u tpoggi fi kwestjoni l-estinzjoni taghha. Ghalhekk filwaqt li ghall-KodiciTaljan dawn il-preskrizzjonijiet brevi huma bazati fuq il-prezunzjoni tal-pagament tad-debitur, skond il-Kodici taghna dawn l-istess preskrizzjonijiet jistghu jigu eccepiti anki mal-kontestazzjoni tad-debitu.

Fil-kaz li d-debitur jaghzel li jahlef skond l-ewwel alternattiva, l-eccezzjoni matistax tigi akkolta jekk ma jahlefx li mhux debitur. Jekk hu jahlef li ma jafx li ghandu jaghti, il-gurament tieghu ma jiswiex biex isostni l-preskrizzjoni, ghax li ma jafux li l-haga ghadha dovuta jistghu jahilfu biss il-werrieta tal-persuna li taghha l-attur jippretendi li kien kreditur, jew l-ohrajn li l-jeddijiet taghhom ikunu gejjin minn dik il-persuna.

Imiss lill-parti li kontra taghha l-preskrizzjoni tigi eccepita li tiddeferixxi l-gurament lill-eccipjent. Jekk hi ma tiddeferrixl-gurament il-Qorti ma tistax tordnah ex officio.

Bhala regola generali d-dilazzjoni ta' danil-gurament, minhabba n-natura tieghu, ghandha ssir wara li jkunu gew maghrufa l-kwestjonijiet jekkkienx hemm interruzzjoni, jew sospensjoni jew rinunzja tal-preskrizzjoni li tkun giet eccepita, u mhux qabel.

Jekk l-attur jaghzel il-mezz tal-gurament, u l-konvenut ikun halef skond il-ligi, l-attur ma jkunx jista' jaghzel mezz iehor, billi meta l-kreditur jitlob li jinghata lid-debitur il-gurament, dan ifisser li hu qieghed jirritjieni bhala ammissibbli l-preskrizzjoni eccepita u li ma kienx hemm sospensjoni jew interruzzjoni taghha, u li jrid jipprova l-mezz estrem tad-dilazzjoni tal-gurament. B' dan il-mezz huwa jkun qieghed jirrimetti ruhu fil-kuxjenza tad-debitur.

Il-formula tal-gurament hi inalterabbli u l-allegat kreditur ma jistax joqghod jitlob spjegazzjonijiet ohralill-konvenut, bhal per ezempju l-kawza ta' l-estinzjoni, imma ghandu joqghod strettament ghall-formula tal-gurament, li ghal dik li jirrigwarda l-allegat debitur hi wahda jew l-ohra mit-tnejn specifikati.

Jekk id-debitur jispjega li ma hallasx minhabba xi inadempjenza tal-kreditur tali dikjarazzjoni ma tinkwadrax ruhha fid-dispost tal-Ligi u allura l-eccezzjoni preskrizzjoni ghandha tigi michuda.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info