Reference: 562/2002/1

Judgement Details


Date
23/11/2005
Court
OF APPEAL (CIVIL, INFERIOR)
Judiciary
SCIBERRAS PHILIP
Parties
GASANMAMO INSURANCE AGENCY LTD NOE vs CUSCHIERI ANTON
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
BEJGH, DIFETT FIL-KONSENJA - MANDAT, META L-MANDATARJU MA JIZVELAX L-IDENTITA` TAL-MANDANT
Summary
Meta l-mandatarju ma jizvelax l-isem tal-mandant huwa jkun qed jagixxi f'ismu proprio u l-mandant majkollux azzjjoni kontra t-terz u dawn ma jkollhomx azzjoni kontra l-mandant.

Ma jista' qattikun dubitat illi n-norma kontemplata fl-Artikolu 1393, Kodici Civili hi kjarament mahsuba b' riferiment ghal bejgh ta' haga specifika. Ghaldaqstant meta, bhal f' dan il-kaz, il-konsenja tkun trid tigi effettwata f' mument successiv ghall-konkluzjoni tan-negozju, jaggrava fuq il-venditur l-obbligutal-kustodja tal-haga, anke jekk fil-kors ta' l-iter ikun hemm l-involviment ta' terzi. Dan l-obbligu hu ben raffigurat fid-dispost ta' l-Artikolu 1126 (1) tal-Kodici Civili li jipprovdi li l-obbligazzjoni tal-konsenja tal-haga tinkludi dik tal-konservazzjoni taghha "uti bonus paterfamilias" sa l-effettiva konsenja;

Minn dan jitnissel illi jekk fil-mument tal-konsenja l-oggett jirrizulta inadatt jew danneggjat - u f' dan il-kaz l-ezistenza tad-dannu mhix in kwestjoni - il-konvenut venditur, hekk responsabbli mill-kustodja tal-haga, ma jistax jezimi ruhu mill-hitja billi jaddebitaha fuq terzi li kienu ko-involti fit-trasport taghha. F' kaz bhal dan huwa iniffsu u personalment jirrispondi ghal fatt kolpuz tat-trasportatur, salv kull dritt ta' rigress li hu jista' jkollu kontra dan.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment