Referenza: 19/2005

Dettalji tas-Sentenza


Data
20/10/2005
Qorti
CIVIL FIRST HALL (CONSTITUTIONAL JURISDICTION)
Ġudikatura
MALLIA TONIO
Partijiet
LICARI IGNATIUS NOE vs KUMMISSARJU TA' L-ARTIJIET ET
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Dettalji tal-Appellati


Appellata
Iva

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
ESPROPJAZZJONI
Fil-Qosor
Ir-rikorrent huwa likwidatur tas-socjeta' Farr Limited li hi l-utilista ta' tlett bicciet art li jinsabu fl-Industrial Estate ta' San Gwann. Dawn it-tlett bicciet art gew esproprjati mill-Gvern permezz ta' tlett dikjarazzjonijiet maghmula mill-President tar-Repubblika u li gew ippubblikati fil-Gazzetta tal-Gvern.

Eventwalment, il-Kummissarju tal-Artijiet hareg tliet Avvizi ta' Ftehim u offra kumpens ghall-art esproprjata. Is-socjeta' rikorrenti ma accettatx il-kumpens offrut ghax qisitu wiehed baxx, u, ghalhekk, skont il-ligi allura applikabbli, il-Kummissarju tal-Artijiet beda proceduri quddiem il-Bord ta' l-Arbitragg dwar Artijiet, sabiex dak il-Bord jiddetermina l-kumpens li ghandu jinghata ghat-tehid sforzat tat-tlett bicciet art. Il-proceduri ghadhom pendenti quddiem il-Bord ta' l-Arbitragg dwar Artijiet. Is-socjeta' rikorrenti qed tilmenta li dawk il-proceduri quddieml-imsemmi Bord jilledu d-drittijiet fundamentali taghha kif protetti bl-artikoli 6 u 14 tal-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u l-ewwel artikolu tal-Ewwel Protokoll tal-Konvenzjoni tad-Drittijiet Fundamental tal-Bniedem, kif ukoll bl-artikolu 37(1), 39(2) u 45 tal-Kostituzzjoni ta'Malta.

Ghalkemm is-socjeta' rikorrenti tallega li l-esproprjazzjoni ma saritx ghal skop pubbliku, mhux qed titlob ir-revoka tad-dikjarazzjoni tal-esproprjazzjoni u mhux qed titlob rimedju ghal din il-lanjanza. L-ilmenti tas-socjeta' rikorrenti huma bbazzati fuq il-fatt li la darba il-ligi li ghandha tigi applikata mill-Bord (Kap. 88), tipprovdi definizzjoni ta' art bhala agrikola, moxa jew tajba ghall-bini, u li skont id-definizzjonijiet inkorporati fil-ligi, l-artijiet in kwistjoni sejigu kwalifikati bhala art agrikola, mhux se jkollha smigh xieraq u lanqas se jinghatalha kumpens lijirrifletti s-sitwazzjoni reali tal-art. Hi tallega li l-art in kwistjoni, meta ttiehdet mill-Gvern, kienet art tajba ghall-izvilupp, izda minhabba d-definizzjonijiet tal-artijiet kif jinsabu fil-ligi, dan il-potenzjal tal-art ma jistax u mhux sejjer jittiehed in konsiderazzjoni mill-Bord. Qed jigi allegat ukoll li l-kumpens li se jkun iffissat tant se jkun baxx li, meta mqabbel mal-kumpens liproprjetarji ta' artijiet adjacenti hadu meta l-art taghhom giet esproprjata, se jkun hemm diskriminazzjoni perpetrata kontra s-socjeta' rikorrenti.

Il-proceduri quddiem il-Bord ta' l-Arbitraggdwar l-Artijiet ghadhom pendenti, u ghadu ma giex determinat l-ammont ta' kumpens li ghandu jinghata lir-rikorrenti, u dan peress li dawk il-proceduri gew sospizi pendenti determinazzjoni tal-kwistjoni in materja sollevata mir-rikorrenti. Hija din ic-cirkustanza li hija l-meritu tal-eccezzjoni preliminari sollevata mill-intimat, peress li qed jigi minnu allegat li la darba fil-proceduri quddieml-imsemmi Bord ghad ma rrizultax il-kumpens likwidat favur ir-rikorrenti, ma jistax jinghad li humama nghatawx “kumpens xieraq”; sa issa ghadhom ma inghataw ebda kumpens.

F'dik il-kawza, ir-rikorrenti kienu lanqas biss bdew proceduri quddiem il-Bord tal-Arbitragg dwar l-Artijiet, u dan peress li ssottomettew illi dak ma setghux jaghmluh ghaliex kienu ged jimpunjaw l-istess ligi. L-Onorabbli Qorti Kostituzzjonali ma qablitx ma dak l-argument wara li insistiet li ma setghetx tiddeciedi dwar jekk kumpens kienx xieraq jew le qabel ma jigi stabbilit awtorevolment x'inhu l-kumpens li haqqhom ir-rikorrenti. Il-kawza kollha, kompliet tghid l-Onorabbli Qorti Kostituzzjonali, “hija ezercizzju fuq ipotesijiet u akkademizmi koncettwali li biex ikollhom valur fi procediment gudizzjarju jridu,fl-ewwel lok, ikunu fermament ankrati mal-konkretezza tal-fatt, li minnu u minhabba fih, jibda u jispicca kull process”.

Din il-Qorti jidhrilha li ghandha ssegwi dan it-taghlim, u tqis it-talba maghmula fuq talba tar-rikorrenti bhala wahda intempestiva. Fil-fatt, anke f'din il-kawza, il-kumpens li talvolta haqqhom ir-rikorrenti ghadu ma giex determinat. Il-Kap. 88 tal-Ligijiet ta' Maltaghandu jinghata c-cans jahdem u jistabilixxi l-kumpens li, skont il-provedimenti tieghu, ikunu intitolati ghalih ir-rikorrenti; wara ikun jista' jsir ezami fuq jekk dak il-kumpens huwiex “xieraq” jewle. Wiehed ma jistax jghid li mhux se jinghata kumpens xieraq, meta ghadu, ma jafx kemm se jkun il-kumpens akkordat lilu. Darba li l-kumpens jigi stabbilit, il-Qorti tkun tista' tezamina u tara jekkdak il-kumpens hekk determinat, jirriflettix jew le l-valur reali tal-art, mehud in konsiderazzjonic-cirkustanzi u l-fattispecie kollha relatati mal-kaz partikolari. F'dak l-istadju, il-Qorti tkuntista' tara jekk il-haddiem tal-ligi fil-kaz partikolari, wassalx ghal-ghoti ta' kumpens gust. Dan,pero', ma jistax jigi determinat a priori, ghax dan l-ezami jehtieg korrellazzjoni tal-kumpens determinat mal-fattispecie kollha tal-art espropriata, u wiehed minn dawn il-co-efficients (il-kumpens)huwa nieqes.

Lanqas ma jista jigi determinat jekk is-socjeta' rikorrenti hux se tkun diskriminata kontra, u dan peress li l-Qorti ma tistax tqabbel il-kumpens li nghata lill-persuni l-ohra mal-kumpens li jista' jinghata f'dan il-kaz, peress li l-kumpens li jista' jkun dovut lis-socjeta' rikorrenti ghadu ma giex determinat. Darba li dan jigi determinat, il-Qorti trid, imbaghad, tezamina c-cirkustanzi kollha tal-kaz u wara li taghmel ezami komparattiv ta' “like with like”, tara tistax tikkonkludi jekk kienx hemm agir diskriminatarju kif allegat mir-rikorrent.

F'dan l-istadju, lanqas ma jista' jinghad jekk ir-rikorrent hux qed jinghata smigh xieraq, u dan peress li l-process gudizzjarju ghadu ghaddej. Il-Bord ta' l-Arbitragg dwar Artijiet, kif kompost, huwa tribunal indipendenti u imparzjali, u l-iter processwali quddiem dak il-Bord, ma jistax jigi ezaminat f'dan l-istadju,mhux biss ghax dak il-process ghadu mhux konkluz, izda wkoll ghax f'kaz ta' xi abbuz jezistu rimedjiohra u ordinarji biex dak l-abbuz jigi rrangat.

Ghar-rigward tal-fatt li l-process ghall-fissazzjoni tal-kumpens ha zmien irragonevoli, dan l-ilment ukoll irid jigi determinat wara li l-process jinghalaq. Din il-Qorti tixtieq tosserva, pero', li diga jidher li l-process qed idum wisq; l-espropriazzjoni sehhew fl-1977, 1982, u 1988, u sakemm gew sollevati l-kwistjonijiet kostituzzjonali l-ewwel darba, u dan fl-2000, kien gia ddekorrew hafna snin minghajr ma l-process tad-determinazzjonital-kumpens ma gie konkluz. Wiehed, pero', irid jikkunsidra wkoll in-nuqqas tar-rikorrenti li jiehuproceduri gudizzjarji ordinarji biex igieghel lill-intimat iniedi l-proceduri opportuni quddiem il-Bord ta' l-Arbitragg dwar Artijiet. F'kull kaz, pero', biex jigi determinat bil-preciz iz-zmien lijkun ha l-process kollu, irid, l-ewwel, li l-process jinghalaq biex din il-Qorti jkollha stampa caraquddiema tal-iter proceswali kollu.

Fid-dawl ta' dawn ic-cirkustanzi, din il-Qorti tiddisponi mill-kawza, billi tiddikjara l-azzjoni rikorrenti intempestiva, u tillibera lill-intimati mill-osservanza tal-gudizzju. L-ispejjes ta' din il-kawza jithallsu mir-rikorrenti.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment