Referenza: 288/2002/1

Dettalji tas-Sentenza


Data
05/07/2005
Qorti
CIVIL COURT, FIRST HALL
Ġudikatura
MALLIA TONIO
Partijiet
ENGEL HANNELORE ET vs AZZOPARDI JOSEPH ET
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
LOKAZZJONI, HLAS TA` DAWL U ILMA MA JOHLOQX LOKAZZJONI - LOKAZZJONI, KUNTRATT SIMULAT MA JOHLOQ EBDA TITOLU - LOKAZZJONI, PRESTAZZJONI TA` SERVIGI MA TOHLOQX LOKAZZJONI
Fil-Qosor
Jekk "kuntratt" ta' lokazzjoni ma jkunx intiz li jkollu effett bhala tali, dak il-kuntratt ghandu jitqies simulat u kwindi null u mhux enforzabbli.

L-artikolu 1526(1) tal-kodici civili jiddefenixxi l-lokazzjoni bhala:

"Il-kiri ta' haga hu kuntratt li bih wahda mill-partijiet tintrabatli taghti lill-ohra t-tgawdija ta' haga, ghal-zmien miftiehem u b'kera miftiehem, li din il-parti l-ohra tintrabat li thallas lilha".

Persuna ma tistax tikkampa titolu ta' lokazzjoni meta l-korrispettiv ikun jikkonsisti fl-ghoti ta' servigi.

Hlas ta' ilma u elettriku mhux korrispettivli jaghti dritt ta' lokazzjoni.

Post moghti ghall-uzu ta' persuna bhala kumpens ghas-servigirezi, ma jaghtix lill-dik il-persuna titolu ta' lokazzjoni fuq dak il-post.

Il-fatt li ko-okkupant ta' fond ihallas parti mill-kera, u sehemu mill-kontijiet tad-dawl u ilma tal-post, ma jaghmlux ko-inkwilin tal-istess fond.

Il-fatt li persuna tibqa' fil-fond, thallas l-elettriku u l-ilma, taghmel tibjid u tiehu hsieb il-manutenzjoni tal-fond, u thallas ic-cens ma jwassalx li jinholoqkuntratt ta' lokazzjoni.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment