Reference: 303/2005

Judgement Details


Date
30/06/2005
Court
CIVIL COURT, FIRST HALL
Judiciary
MICALLEF JOSEPH R.
Parties
OPATECKA ELWIRA MARIA vs CIANTAR ANDREW FRANCIS
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Appealed Details


Appealed
Yes

Keywords / Summary


Keywords
SENTENZA, EZEKUZZJONI TA` SENTENZA TA` QORTI BARRANIJA
Summary
Ir-Regolament Komunitarju 44/2001 tat-22 ta' Dicembru, 2000 imsejjah "On Jurisdiction and the Recognition and Enforcement of Judgments in Civil and Commercial Matters" jissejjes fuq il-htiega ta' ko-operazzjoni f'qasam civili bejn il-qrati tal-pajjizi msiehba fl-Unjoni kif riflessa fil-principji ta'sussidjarjeta' u proporzjonalita' msemmija fl-artikolu 5 tat-Trattat li Jwaqqaf il-Komunita' Ewropeja (EC), u huwa mahsub li jilhaq il-minimu mahtieg biex jinkisbu l-imsemmija ghanijiet. Ir-Regolament jilhaq l-oqsma kollha ewlenin ta' kwestjonijiet ta' xejra civili jew kummercjali, ghajr l-oqsmaespressament eskluzi;

Il-hsieb wara dan ir-Regolament huwa dak li sentenza moghtija minn qorti ta' Stat imsieheb ghandha tinghata gharfien u ezekuzzjoni fi Stat imsieheb iehor, ukoll jekk id-debitur f'dik is-sentenza jkun domiciljat f'art ohra, minkejja li, generalment, il-gurisdizzjoni tissejjes fuq id-domicilju tal-parti mharrka. Mira ewlenija tar-Regolament hija li titnaqqas il-htiega ta' bosta kawzi fuq l-istess haga fi bnadi differenti u titnehha l-possibilita' li jinghataw decizjonijiet fuq l-istess kwestjoni li ma jkunux jaqblu bejniethom;

Huwa minnu li, fil-ligi Maltija,kuntratt u sentenza jitqiesu t-tnejn bhala li huma titoli ezekuttivi, izda kuntratt mhux sentenza ul-ligi taghraf bejn wiehed u l-ohra. Minbarra dan, it-tifsira ta' "judgment" fir-Regolament ma tghoddx fiha kuntratt pubbliku, ukoll jekk ippubblikat bis-sahha ta' degriet ta' Qorti. Fil-ligi taghna wkoll, il-kuntratt ippubblikat bis-sahha ta' awtorizzazzjoni moghtija minn Qorti, ma jitqiesx li huwa l-ordni nfisha, tant li jkun jghodd biss safejn ikun gie awtorizzat, u jkun jehtieg ordni iehorjekk ikun mahsub xi bdil iehor fil-kuntratt;




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info