Reference: 187/2000/1

Judgement Details


Date
03/09/2001
Court
OF CRIMINAL APPEAL (INFERIOR)
Judiciary
DE GAETANO VINCENT
Parties
IL-PULIZIJA vs GAUCI JOSEPH
ECLI
N/A
Judgement Type
NOT AVAILABLE

Keywords / Summary


Keywords
INGURJA, ANIMUS CONSULENDI - INGURJA, ANIMUS CORRIGENDI - INGURJA, ANIMUS INJURANDI - INGURJA, ANIMUS JOCANDI - INGURJA, IMPUTAZZJONI TA` REAT - INGURJA, KJAREZZA TA`
Summary
Jekk dak li jkun qed jigi allegat fil-konfront tal-kwerelant ikun bizzejjed car ghal persuna ta' intelligenza ordinarja, anke jekk jigi mfisser b'mod indirett, ma jkunx hemm lok ta' l-applikazzjoni tas-subartikolu (2) tal-Artikolu 252 tal-Kodici Kriminali (applikazzjoni tal-pieni stabbiliti ghall-kontravvenzjonijiet).

Ma hemmx dubbju li l-ingurja kontemplata fl-Artikolu 252(1) tal-Kodici Kriminali trid tkun maghmula bil-hsieb specifiku li dak li jkun inaqqas jew itellef il-gieh ta' haddiehor. Hi dottrina pacifika li meta l-kliem (jew atti, kitba, disinji ecc.) ikunu manifestament ingurjuzi, tali intenzjoni specifika hi presunta, u jkun jinkombi fuq l-imputat jew akkuzat li jipprova (imqar fuq bazi ta' probabbilita`) li dawk il-kliem ma qalhomx bil-hsieb li joltraggja, izda b'xi skop iehor rikonoxxut mill-ligi li jinnewtralizza l-animus injuriandi. Hekk, per ezempju, jekk il-kliemin kwistjoni jkunu ntqalu animus corrigendi, jew animus consulendi, jew animus jocandi ma jistax jinghad li hemm ir-reat kontemplat fl-Artikolu 252(2) tal-Kodici Kriminali.

Hu principju sancit mill-gurisprudenza illi jekk persuna, ghal ragunijiet tajba, tkun gustifikata illi tahseb ragjonevolment, u mhux bla motiv gust, illi haddiehor ghamel reat ghad-dannu taghha, u timputalu dan ir-reat, allura b'daqshekk ma hix soggetta ghal proceduri ghall-ingurja.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment