Reference: 1192/1987/4

Judgement Details


Date
08/06/2005
Court
OF APPEAL (CIVIL, INFERIOR)
Judiciary
SCIBERRAS PHILIP
Parties
SAMMUT GAETANO PRO ET NOE vs SAMMUT PAULINE
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
KOMMODAT, ELEMENTI TA`
Summary
Issa hu minnu li jezisti l-insenjament dwar il-konnotazzjoni ta' "bla titolu" espressa f' citazzjonijew f' avviz, izda kif gie osservat "dan l-insenjament, pero` kellu jinqara fis-sens limitat li l-Qorti kellha tindaga u tistabbilixxi l-ezistenza tat-titolu fil-konfront ta' l-attur li jkun ippropona l-kawza kontra l-konvenuta li jkun qieghed jokkupa l-fond tieghu. Ma kienx allura bizzejjed ghall-konvenut illi hu kien qieghed jipposjedi l-fond bis-sahha tar-relazzjoni guridika legittima, kienetx' kienet li kellu ma' xi hadd, kien min kien. Kellu jipprova li tali relazzjoni guridika legittima kienet tezisti bejnu u l-attur.

Ma jista' qatt ikun dubitat illi l-kommodat ghandu inerentifih karattru fiducjarju. Dan ghaliex huwa essenzjalment gratuwitu. Effettivament il-kawza tal-ftehim tikkwalifika l-kommodat bhala kuntratt ta' tgawdija bazat fuq il-gratuwita ta' l-uzu tal-haga.Naturalment din il-kawza tiddistingwi ruhha mill-motivi li jistghu jkunu ir-rizultat ta' rabtiet affettivi u familjari jew ta' rikonoxxenza. Tali motivi, pero`, ma ghandhom ebda rilevanza guridika;

In kwantu l-kuntratt hu wiehed gratuwitu dan jikkomporta sagrificcju ekonomiku ghall-kommodantu allura l-partijiet jistghu jiftehmu pattijiet accidentali tieghu, ad ezempju, il-fissazzjoni ta'terminu finali jew xi kondizzjoni rizoluttiva. Li jfisser li l-haga trid tigi restitwita lura fl-iskadenza taz-zmien pattwit jew meta tavvera ruhha l-kondizzjoni rizoluttiva, kif imfissra fl-Artikolu1066 tal-Kodici Civili;


Ta' min jirrileva illi iz-zmien jista' jkun espress jew dedott implicitament mill-uzu tal-haga. Fl-assenza ta' zmien espress il-kommodat hu intiz li gie konvenut ghat-terminu necessarju li jikkonsentixxi lill-kommodatarju li jisserva bil-haga ghall-uzu stabbilit.

Hu biss fejn mhux possibbli li jigi determinat iz-zmien, lanqas permezz ta' l-uzu, illi allura hu ritenut li jissussisti l-kommodat bla determinazzjoni ta' zmien, ossija l-precarium li, ghalkemm affini mal-kommodat, jiddifferenza ruhu minnu ghall-fatt li l-kommondanti hu fakoltizzat bil-ligili jitlob u jirrikjama r-restituzzjoni tal-haga f' kull zmien;




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info