Reference: 93/1997/1

Judgement Details


Date
18/05/2005
Court
OF APPEAL (CIVIL, INFERIOR)
Judiciary
SCIBERRAS PHILIP
Parties
VASSALLO JOSEPHINE vs FENECH RACHELE
ECLI
N/A
Judgement Type
PARTIAL SENTENCE

Keywords / Summary


Keywords
LOKAZZJONI, RIPREZA MINHABBA BZONN TAS-SID - KUNCETT TA` BZONN - LOKAZZJONI, RIPREZA MINHABBA BZONN TAS-SID - RELATIVE HARDSHIP - LOKAZZJONI, RIPREZA MINHABBA BZONN TAS-SID - SELF-INFLICTED HARDSHIP - LOKAZZJONI, RIPREZA MINHABBA BZONN TAS-SID - SUITABLE ALTERNATIVE ACCOMMODATION - LOKAZZJONI, RIPREZA MINHABBA BZONN TAS-SID - META JMUT L-INKWILIN FIL-MORI TAL-KAWZA - PROVA, PRODUZZJONI TA` PROVI GODDA FL-ISTADJU TA` L-APPELL
Summary
Hu veru illi, per regola, il-gudizzju in sekond' istanza hu gudizzju ta' revizjoni tas-sentenza appellata fuq il-provi gja mismugha mill-ewwel Qorti; imma hu ugwalment veru illi, jekk wiehed jiprospetta, ghall-grazzja ta' l-agurment, l-ipotesi li l-incidenti ga mehudin a bazi ta' l-istanza ma kienuxbizzejjed biex jassodawha, allura jistghu, talvolta ikun bizzejjed ghal daqshekk l-incidenti goddaallegati mill-appellanti.

L-Artikolu 9 (b) tal-Kapitolu 69 jikkontempla r-ripreza ta' pussessda parte ta' sid il-kera meta l-fond hu mehtieg ghalih innifsu.

Biex il-lokatur jiehu pussess lura ta' fond mikri taht dik id-disposizzjoni tal-ligi jinhtieg li hu jipprova mhux biss li qed jagixxi in bona fede izda wkoll li hu ghandu certu bzonn li jirriprendi pussess. Certament, mhux necessita` assoluta izda bzonn ragjonevoli fil-gudizzju prudenzjali ta' l-Awtorita` gudikanti, fid-dawltac-cirkostanzi tal-kaz.

Il-kwestjoni dwar il-hardship mhix wahda ta' principju jew ta' regoli a priori imma prettament wahda ta' fatt li tiddependi mill-analisi tac-cirkustanzi partikolari. Hekk intqal a propozitu illi fil-paragun tal-hardship rispettiv l-awtorita` gudikanti ma ghandhiex titlaq minn ebda presunzjoni illi s-sid ghandu jigi ppreferut ghal kerrej jekk, ad ezempju, hu jisfa bla dar jew minhabba inadatezza tal-fond li fih jirrisjedi jew xi raguni ohra konsimili.

Jekkir-rikorrent ihalli l-fond minnu abitat jaqa' fi stat ta' dilapidazzjoni il-hard-ship ikun self-inflicted.

Il-gurisprudenza certament tissenjala illi fil-konsiderazzjoni tal-hardship f' kawzi ta' zgumbrament ghandhom importanza kbira dawk ic-cirkostanzi li jistghu jinfluwixxu fuq is-sahha tal-partijiet u tal-familja taghhom.

Dan premess, jinsab deciz illi meta r-rikorrenti jitlob l-izgumbrament ta' l-inkwilin u l-kwestjoni tkun tiddependi mill-hardship relattiv tal-partijiet, il-hardship ta' l-inkwilin ghandha tinftiehem bhala li tikkomprendi dak tal-membri tal-familja tieghu.

Hu ormai assodat illi skond il-ligi s-sid ma kellha l-ebda obbligu li toffri alternative accommodation biex tiehu lura l-pussess tal-fond taghha.

Hawnhekk l-inkwilina mietet fil-mori ta' l-appell. Il-Qorti ta' l-Appell qieset li b'hekk kien hemm bdil fic-cirkostanzi b'mod illi minkejja t-talba tar-rikorrenti giet michuda in prim' istanza minhabba r-relative hardship tali konsiderazzjonijiet ma kienux aktar applikabbli u l-appell tar-rikorrenti gie milqugh.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info