Reference: 287/2005

Judgement Details


Date
05/05/2005
Court
CIVIL COURT, FIRST HALL
Judiciary
MICALLEF JOSEPH R.
Parties
PACE EDWARD vs SULTANA MICHAEL ET
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
MANDAT EZEKUTTIV, REVOKA TA`
Summary
L-ghan ta' l-Artikolu 238A tal-Kap. 12 huwa marbut ma' xi ghelt jew nuqqas fl-att ezekuttiv innifsu,li, bis-sahha tieghu, l-parti ezekutata tbati pregudizzju. Minn dak li jirrizulta minn ezami tad-dibattiti parlamentari li wasslu ghad-dhul tal-imsemmi artikolu fil-Kodici, ma kinitx il-fehma tal-legislatur li din il-procedura tintuza biex il-mandat jew att ezekuttiv iehor jigi attakkat jew imhassar ghal ragunijiet ta' kontestazzjoni li huma marbuta mal-mertu nnfisu li, bis-sahha tieghu, l-istess att ezekuttiv ikun inhareg. Kemm hu hekk, l-ewwel kliem tas-subartikolu (1) tal-artikolu 283A jaghmluha cara li r-rimedju moghti lir-rikorrent jinghata bla hsara ghal kull jedd iehor taht l-istessKodici jew xi ligi ohra;

Il-ligi ma tghidx x'tista' tkun "raguni valida skond il-ligi", li nsibu fl-imsemmi artikolu. Madankollu, in generali, jista' jinghad li mandat jista' biss jigi attakkat kemm-il darba jkun inhareg minn Qorti zbaljata jew jekk ikun hemm xi difett fil-forma. Meta l-ligiriedet tfisser f'liema cirkostanzi jista' jintalab il-hrug ta' Kontro-mandat, dan qalitu u fissritub'reqqa, per ezempju, fl-artikolu 836, li jitkellem dwar Mandati kawtelatorji. Il-Mandat mertu ta'l-kawza prezenti m'huwiex Mandat kawtelatorju;

Hawnhekk gie ritenut li l-mandat ezekuttiv inkwistjoni inhareg fuq il-bazi li t-titolu ezekuttiv li kien ghadu fis-sehh. Mad-daqqa t'ghajn, kien jidher li l-Mandat ihares dak kollu li tipprovdi l-ligi ghas-siwi tieghu u certament inhareg minnQorti kompetenti u kien kollazzjonat kif imiss mir-Registratur tal-Qrati. Ghalhekk il-Qorti cahdet it-talba ghar-revoka tal-mandat.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info