Reference: 488/1998/1

Judgement Details


Date
16/03/2005
Court
OF APPEAL (CIVIL, INFERIOR)
Judiciary
SCIBERRAS PHILIP
Parties
PACE JOSEPH ET vs ZARB JOHN ET
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
INTERESS GURIDIKU, INTERESS TA` EX-SOCJU F`PROPRJETA` TA` SOCJETA` LI TKUN GIET XJOLTA - KOMMODAT, ELEMENT TAL-GRATUWITA` - KONVENJU, HTIEGA LI JSIR BIL-MITKUB - KONDIZZJONIJIET VERBALI - KONVENJU, META X-XERREJ JINGHATA C-CWIEVET TAL-FOND
Summary
Tqum il-kwistjoni jekk ex-socju ghandux interess li jagixxi f' ismu biex jirreklama lura proprjeta,gja tal-kumpanija li taghha kien socju, ghal fini li jintegra l-attiv ta' din l-istess kumpanija ghall-eventwali tqassim tieghu skond ir-regoli tad-divizjoni tal-proprjeta` komuni. Ghal dan il-kwezit, it-twegiba ghandha tkun fl-affermattiv, in kwantu l-azzjoni, kif proposta minnu, hi tendenti biexiggiblu dak "ir-rizultament vantagguz u utili" li hu ab bazi ta' l-interess guridiku.

F-ewwellok ftehim miktub m' ghandux jigi cirkuwit jew maghmul ineffikaci b' allegazzjoni ta' xi ftehim verbali differenti, hlief f' kazijiet verament rarissimi.

Dan hu hekk logiku in kwantu, kif saput, il-weghda ta' bejgh ta' immobbli jehtieg "ad validitatem" li tkun bil-miktub [Artikolu 1233 (1) (a), Kodici Civili] u allura huma biss dawk il-kondizzjonijiet espressi fil-konvenju li jorbtu lill-kontraenti u mhux dawk li jistghu jkunu gew miftehma verbalment bejniethom, jew hekk attribwit minn xi hadd fosthom.

Jekk ix-xerrej jinghata l-pussess tal-fond fil-mori ta' konvenju izda umbaghad dak l-istess konvenju jiskadi ix-xerrej ma jibqaghlu ebda titolu sabiex jokkupa l-fond.

Il-konsenja tac-cwievet fil-pendenza tal-konvenju ma tikkostitwixxix titolu ta' kommodat. Il-kawza ta'tali kuntratt, intiza bhala funzjoni ekonomika tan-negozju, tikkwalifika l-kommodat bhala kuntrattta' tgawdija bazat fuq il-gratuwita ta' l-uzu tal-haga. Dan johrog bil-wisq car mid-dispost ta' l-Artikolu 1824 tal-Kapitolu 16. Difficilment din il-Qorti tista' tirravviza fil-kaz in ispecje dan l-element tal-gratuwita gjaladarba kif emers mill-provi mhux biss qatt ma kien hemm dan l-intendimentbejn il-kontraenti izda dippju kien hemm il-hlas tal-korrispettiv biex jissodisfa l-prezz pattwit.Dan il-quid pro quo certament jezula l-kommodat;

Anke kieku kellu pero` gratia argomenti jitqies li fil-perijodu tal-konvenju kien hemm il-figura guridika tal-kommodat, dan ma setax hlief ikunwiehed ghal zmien. Dan iz-zmien fil-qafas tal-konvenju kellu konkretezza temporali determinata u allura skadut dak iz-zmien il-kommodartarju hu tenut ghar-restituzzjoni tal-fond lill-kommodanti.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info