Reference: 116/2003/1

Judgement Details


Date
06/04/2005
Court
OF APPEAL (CIVIL, INFERIOR)
Judiciary
SCIBERRAS PHILIP
Parties
CALLEJA ALBERT vs DIRETTUR GENERALI TAL-QORTI
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
IMPJIEG, GURISDIZZJONI TAL-QRATI LI JISSINDAKAW DRITTIJIET U OBBLIGI DERIVANTI MILL-KUNTRATT BEJN IL-GVERN U L-IMPJEGATI TIEGHU
Summary
F'kaz ta' destituzzjoni mill-kariga jew dak ta' retribuzzjoni ta' hlas dovut lill-impjegat civili ghas-servizz minnu prestat, il-Qorti ordinarja hija kompetenti li tiehu konjizzjoni ta' din il-lanjanza, jekk tigi adita mill-impjegat ghal dan il-fini.

Fil-prezent, addirittura, bl-interpretazzjoni moghtija mill-Qorti tas-subinciz (6) ta' l-Artikolu 469A tal-Kodici ta' Procedura jinsab stabbilit illi dak is-subinciz ma kienx a priori jezawtora l-Qrati ordinarji mill-kompetenza illi jissindikaw l-operat tal-Gvern fir-rigward tar-relazzjonijiet li jinholqu bejnu u bejn persuni mpjegati fis-servizz civili tieghu. Dan ghaliex, kif rimarkat, "kull ma jmur qed jigi accettat il-principju illianki l-impjegati fis-servizz civili fil-konfront ta' l-Istat li jhaddmu, meta jakkwista drittijiet civili jew meta jassumi obbligi civili, kellu d-dritt li jirrikorri ghad-definizzjoni taghhom quddiemTribunal li jkun indipendenti u mparzjali. Dan in omagg tad-dritt fundamentali ta' l-individwu ghal smiegh xieraq minn Tribunal imparzjali u ndipendenti fid-determinazzjoni tad-drittijiet u obbligicivili tieghu".

Dawn il-principji japplikaw ukoll ghat-Tribunal ghal Talbiet Zghar.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment