Reference: 411/2003

Judgement Details


Date
08/03/2005
Court
CIVIL COURT, FIRST HALL
Judiciary
MICALLEF JOSEPH R.
Parties
FALZON SANT MANDUCA MARY ROSE SIVE MARY vs GRIMA MARIO
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
KLAWSOLA PENALI, DISKREZZJONI TAL-QORTI LI TTAFFI L-PENALI - KLAWSOLA PENALI, NATURA TA`
Summary
Il-ligi taghti s-setgha lill-Qorti li tnaqqas jew itaffi l-penali f'zewg kazijiet biss: jigifieri,(a) meta d-debitur ikun esegwixxa parti mill-obbligazzjoni, u l-kreditur ikun accetta espressament il-bicca li giet esegwita; jew (b) jekk id-debitur ikun esegwixxa parti mill-obbligazzjoni, u dik il-parti mill-esekuzzjoni tkun, fic-cirkostanzi, bic-car swiet lill-kreditur. Izda f'dan l-ahhar kaz,il-penali tkun dovuta jekk tkun giet miftehma ghad-dewmien fit-twettiq tal-obbligazzjoni;

L-applikazzjoni rigida ta' din id-dispozizzjoni tal-ligi, minkejja l-konsegwenzi iebsa li jistghu jinstiltu minnha fil-prattika, gejja mir-rispett li jrid jinghata lill-principju li ftehim validu bejn il-partijiet ghandu s-sahha ta' ligi bejniethom, u l-ebda qorti m'ghandha tindahal fi ftehim bhal danjekk ma jkunx milqut b'xi difett li ggibu ma jiswiex. Madankollu, llum il-gurnata huwa accettat li l-applikazzjoni tar-regola mahsuba fl-artikolu 1122 tal-Kodici Civili trid titfisser ukoll fid-dawl ta' principju iehor ewlieni tad-dritt, jigifieri dak li jrid li l-kuntratti jigu esegwiti b'bona fidiu jobbligaw, mhux biss ghal dak li jinghad fihom, imma wkoll ghall-konsegwenzi li ggib maghhom l-obbligazzjoni, skond l-ghamla taghha, b'ekwita', bl-uzu jew bil-ligi. Dan ifisser li b'applikazzjonital-massima in omnibus quidem, maxime tamen in jure, aequitas spectanda sit, huwa possibbli li l-effett u l-applikazzjoni litterali ta' klawsola penali jigu "ridimensjonati" jekk jirrizulta li dawn joffendu jew jiksru s-sens prattiku u morali tal-obbligazzjoni billi jkunu jidhru sproporzjonati jew inaccettabbli "skond in-normi stabiliti tas-socjeta' u l-logika guridika";




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info