Referenza: 4/2004

Dettalji tas-Sentenza


Data
23/02/2005
Qorti
OF APPEAL (CIVIL, INFERIOR)
Ġudikatura
SCIBERRAS PHILIP
Partijiet
NEHLS RITA vs STERLING TRAVEL AND TOURISM LTD
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
TRIBUNAL INDUSTRIJALI, KOMPETENZA FIL-KAZ TA` TKECCIJA INGUSTA F`KAZ TA` KUNTRATT GHAL ZMIEN DEFINIT
Fil-Qosor
Taht l-Att dwar Relazzjonijiet Industrijali (Kapitolu 266) it-Tribunal Industrijali kellu gurisdizzjoni eskluziva li jiehu konjizzjoni tal-kazijiet kollha fejn gie allegat li saret tkeccija ngusta, hlief fejn si tratta ta' proceduri kriminali u dan b' mod illi l-Qrati ordinarji huma ezawtoriti millijiehdu konjizzjoni ta' kazijiet ta' din ix-xorta. Indubbjament allura l-Qrati ordinarji ma kellhomebda dritt li jikkonsidraw u jiddeciedu meritu dwar jekk tkeccija ta' impjegat kienetx jew le ingusta. Inoltre l-istess disposizzjoni tipprovdi wkoll illi haddiem li jkun gie pruvat illi gie mkeccingustament, kellu biss ir-rimedju li l-ilment tieghu jintbaghat lit-Tribunal Industrijali u mhux xort' ohra. Din il-Qorti pero` tifhem b' dan l-artikolu illi r-rimedju ta' haddiem li jkun imkecci ingustament, li kien biss li jirrikorri quddiem it-Tribunal Industrijali u mhux quddiem it-Tribunali ordinarji, fl-ewwel lok ghad-determinazzjoni jekk it-tkeccija tieghu kienetx jew le ingusta. Jekk jinstab li kienet ingusta, it-Tribunal Industrijali kellu wkoll jipprovdi r-rimedju adegwat kontra taliagir biex l-ingustizzja tigi rettifikata.

F' sentenza sussegwenti ghal din issokta jigi precizat illi t-terminu "ghal kull ghan" kien fit-test ingliz tradott bil-kliem "for all purposes". "Termini dawn li huma inkluzivi u jestendu ghal kull xorta ta' tkeccija ingusta tkun xi tkun ir-raguni,kemm jekk hi tkeccija ritenuta ngusta minhabba l-mod procedurali kif ittiehdet u giet ezegwita minnmin ihaddem, kemm jekk il-kontestazzjoni dwarha kienet fuq il-mertu tac-cirkostanzi li, skond min ihaddem, kienu jiggustifikaw it-tkeccija. Kull xorta ta' azzjoni dwar tkeccija ngusta allura, kolloxinkluz u xejn eskluz, kienet taqa' taht il-kompetenza eskluziva tat-Tribunal Industrijali sakemm ikun jaqa' fid-definizzjoni ta' "tkeccija ngusta" kif definita fis-subinciz 2 tal-Kap. 266."

Fiz-zmien ta' dawn id-decizjonijiet kien jikkoezisti ma' l-att imsemmi (Kapitolu 266), l-Att dwar il-Kondizzjonijiet ta' l-Impjieg (Kapitolu 135). Dawn iz-zewg Atti gew konsolidati bl-Att XXII ta' l-2000 dwar l-Impjiegi u r-Relazzjonijiet Industrijali (Kapitolu 452), liema Att jiccirkoskrivi l-gurisdizzjoni tat-Tribunal Industrijali ghal dak li jinghad fl-Artikolu 75 (1) tieghu.

"75. (1) Minkejja kull ma jinsab f'kull ligi ohra, it-Tribunal Industrijali jkollu l-gurisdizzjoni eskluziva lijikkunsidra u jiddeciedi:-

il-kazijiet kollha fejn jigi allegat li saret tkeccija ingusta; u

il-kazijiet kollha li jaqghu taht il-gurisdizzjoni tat-Tribunal Industrijali bis-sahha tat-Titolu I ta' dan l-Att jew ta' regolamenti preskritti tahtu,

ghal kull ghan barra minn proceduri dwar reati kontra xi ligi, u r-rimedju ta' haddiem hekk imkecci jew li mod iehor jallega il-ksur tad-dritt tieghu skond it-Titoli I ta' dan l-Att ikun biss billi l-ilment tieghu jintbaghat lit-Tribunal Industrijali u mhux xort'ohra;"

Hu bil-bosta evidenti mill-ewwel daqqa ta' ghajn illi ghalkemm sostanzjalment intuzat l-istess dicitura ta' dak li kien l-Artikolu 28 tal-Kapitolu 266, fl-istat attwali l-gurisdizzjoni tat-Tribunal Industrijali twessghat konsiderevolment. Dan issa ghandu l-kompetenza eskluziva wkoll li jitratta u jiddeciedi talbiet rigwardanti kondizzjonijiet ta' impjieg, protezzjoni tal-paga, protezzjoni kontra diskriminazzjoni relatata ma' l-impjieg, temm ta' kuntratti ta' servizzi, infurzar u ksur rigward impjiegi, fost materji ohra, ilkoll trattati taht Titolu Ita' l-Att;

Manifestament ukoll it-tifsira ta' "tkeccija ngusta" giet amplifikata minn kif kienet taht il-Kapitolu 266 b'mod illi t-Tribunal huwa kompetenti sabiex jisma' kawzi dwar tkeccija ingusta anki fil-kaz ta' kuntratti ghal zmien definit.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni