Referenza: 1/2003/1

Dettalji tas-Sentenza


Data
21/02/2005
Qorti
CIVIL FIRST HALL (CONSTITUTIONAL JURISDICTION)
Ġudikatura
FARRUGIA SACCO LINO
Partijiet
HALL CHRISTOPHER vs DIRETTUR TAD-DIPARTIMENT GHALL-AKKOMODAZZJONI SOCJALI ET
ECLI
N/A
Judgement Type
PARTIAL SENTENCE

Dettalji tal-Appellati


Appellata
Iva

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
DEKONTROLL
Fil-Qosor
Fil-kaz in ezami, ir-rikorrent jirreferi ghal fatt li huwa sid ta' fond go tas-Sliema, u kien jippossjedi l-fond in kwistjoni fiz-zmien meta harget l-ordni tar-rekwizizzjoni. Il-fond gie dekontrollatai termini ta' l-Ordinanza li Tnehhi l-Kontroll tad-Djar (Kapitolu 158 tal-Ligijiet ta' Malta). Jumbiss wara li nhareg ic-Certifikat tad-Dekontroll, dahal fis-sehh l-Att Numru XXXVII ta' l-1973 li gie promulgat. Skond ir-rikorrent l-Artikolu 4 (2) ta' l-Att Numru XXXVII ta' l-1973 huwa in vjolazzjoni ta' l-Artikolu 37 (1) tal-Kostituzzjoni ta' Malta u Artikolu 1 ta' l-ewwel Protokol tal-Konvenzjoni Ewropea ghall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali.

Ir-rikorrent isostni li effetti u konsegwenzi tal-Att imsemmi jaffettwaw the state of affairs u drittijiet tieghu sal-lum u li ghalhekk mhux applikabbli l-eccezzjoni tal-intimati bazata fuq il-fatt li l-azzjoni hija infondata ratione temporis fit-termini tal-Kap 319 art 7.

Din il-Qorti ma taqbilx ma' tali sottomissjoni ghax thoss li huma l-effetti ta' tali decizjoni li ghadhom jissussistu izda li l-att gie promulgat fl-1973 u ghalhekk kien proprju dan li kkawza dak li qed jilmenta minnu r-rikorrent. Fil-kaz in ezami, il-legislatur kien effettivament ippregudika d-dritt tar-rikorrent. Ghalhekk il-vjolazzjoni ilmentata mir-rikorrent ma tistax titqies “bhala vjolazzjoni kontinwata izda biss bhala wahda istantaneja li avverrat ruhha appena giet approvata l-legizlazzjoni.” Huwa veru lil-effetti ghadhom hemm sal-lum izda dan mhux sufficjenti biex iwassal ghall-fatt li ma tibqax applikabbli l-eccezzjoni sollevata mill-intimati dwar il-fatt li l-azzjoni odjerna relattivament ghall-Kap 319 hija infondata ratione temporis.

Min-naha l-ohra r-rikorrenti sostnew li l-artikolu 7mhux applikabbli fil-kaz in dezamina ghal diversi ragunijiet izda semmew specifikament il-fatt li ghalkemm dan l-Att gie promulgat fl-1973 u cioe qabel 1987, l-effetti u l-konsegwenzi ta' dan l-Att ghadhom qed jaffetwaw l-istate of affairs u d-drittijiet tar-rikorrenti sal-lum.

L-artikolu7 tal-Kap 319 jghid hekk:
7. Ebda ksur ta' l-Artikoli 2 sa 18 (inkluzi) tal-Konvenzjoni jew ta' l-Artikoli 1 sa 3 (inkluzi) ta' l-Ewwel Protokoll li jsir qabel it-30 ta' April 1987 jew ta' l-Artikoli 1 sa 4 (inkluzi) tar-Raba' Protokoll, l-Artikoli 1 u 2 tas-Sitt Protokoll jew ta' l-Artikoli 1 sa5 (inkluzi) tas-Seba' Protokoll li jsir qabel l-1 ta' April 2002, ma ghandux jaghti lok ghal xi azzjoni taht l-artikolu 4. Dil-Qorti tilqa' din it-tieni eccezzjoni tal-intimati.

Spejjez riservati ghall-gudizzju finali. Jibqa' li l-Qorti tezamina t-talbiet tar-rikorrenti fuq il-bazi li l-fatti msemmija jivvjolaw ukoll l-art 37 tal-Kostituzzjoni ta' Malta u ghalhekk tiddifferixxi l-kawzaghall-provi tar-rikorrent fuq dan l-aspett.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment