Referenza: 1108/1994/1

Dettalji tas-Sentenza


Data
02/02/2005
Qorti
CIVIL COURT, FIRST HALL
Ġudikatura
SCIBERRAS PHILIP
Partijiet
BORG JOSEPH NOE vs BUGEJA ALFRED ET NOE
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Dettalji tal-Appellati


Appellata
Iva

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
DANNI, OKKUPAZZJONI TA` FOND WAQT PROCEDURI GUDIZZJARJI - PUSSESS IN BUONA FEDE
Fil-Qosor
Jipposjedi in buona fede meta dak li hekk jipposjedi ma jkunx jaf li qed jilledi d-drittijiet ta' haddiehor. Dan f' sens soggettiv kif jemergi mid-dispost ta' l-Artikolu 531 (1). F' sens oggettiv, imbaghad, jezistu disposizzjonijiet ohra tendenti ghal kriterji tal-valutazzjoni ta' mgieba determinata. Ad exemplum, l-Artikolu 993. Hi affermazjoni komuni illi l-injoranza li tintegra n-nozzjoni tal-buona fede tista' tkun determinata kemm minn zball ta' fatt kemm minn zball ta' dritt;

Ma tistax tigi nvokata t-tutela inerenti ghall-pussess ta' buona fede meta bl-uzu ta' dik id-diligenza minima seta' jiskopri l-karattru lesiv tal-kondotta proprju;

Il-presunzjoni tal-buona fide stabbilita bl-Artikolu 532 Kodici Civili hi iuris tantum u ghalhekk fil-konfront taghha hi ammessa l-prova kuntrarja anke tramite presunzjonijiet u semplici indizji;

Il-presunzjoni tal-buona fide mhix superata minn allegazzjoni ta' mera suspett imma hu invece mehtieg li l-ezistenza tad-dubju tigizvixxerata minn cirkostanzi serji, konkreti u mhux merament ipotetici. Din il-prova trid tigi fornita minn dak li jintendi jikkontrasta l-presunzjoni, kif hekk del resto jissokta jippreciza l-Artikolu 532 surreferit;

B'illustrazzjoni ta' cirkostanzi eskludenti l-buona fide nirriskontraw il-kaz fejn ma jkunux saru l-verifiki okkorrenti biex per ezempju jigi determinat min huwa l-veru sid tal-fond cedut jew fejn bhal f' dan il-kaz il-konvenuti jkollhom quddiemhom permezz ta' att gudizzjarju l-kwadru komplet tas-sitwazzjoni;

Japplika l-principju ta' dritt li pussessur ta' bona fide kellu dritt ghat-tgawdija tal-frutti ta' l-oggett minnu possedut, id-dritt tas-sid li jigi ndennizzat ghall-okkupazzjoni tal-fond allura mit-terz pussessur jiskaturixxi appena dan jigi definit li hupussessur ta' mala fide jew li hekk kien sar ghax ma setax jitqies li kien ghadu pussessur ta' bonafide;




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni