Reference: 609/1999/1

Judgement Details


Date
20/01/2005
Court
CIVIL COURT, FIRST HALL
Judiciary
MICALLEF JOSEPH R.
Parties
KUMMISSARTJU TA' L-ARTIJIET vs MALLIA FRANS
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Appealed Details


Appealed
Yes

Keywords / Summary


Keywords
ACTIO PUBLICIANA, RAPPORT MA` L-ACTIO REI VINDICATORIA - ACTIO REI VINDICATORIA, GRAD TA` PROVA - ACTIO REI VINDICATORIA, META L-KONVENUT JALLEGA TITOLU - ACTIO REI VINDICATORIA, MHUX MEHTIEG LI JINTALAB IT-THASSIR TA` KUNTRATT TA` TRASFERIMENT FAVUR IL-KONVENUT - ACTIO REI VINDICATORIA, RAPPORT MA` L-ACTIO PUBLICIANA - ACTIO REI VINDICATORIA, TITOLU DERIVATTIV - ACTIO REI VINDICATORIA, TITOLU ORIGINALI
Summary
Is-sid rivendikant m'ghandux ghalfejn jitlob tabilfors dikjarazzjoni tan-nullita' tal-att aljenatorju li bis-sahha tieghu l-beni jkun gie f'idejn l-imharrek, sabiex isehhlu jirbah lura dak il-beni minghand l-istess imharrek.

Azzjoni ta' din l-ghamla titfa' piz qawwi fuq min jaghmilha ghaliexirid iressaq l-aqwa provi dwar il-jedd tieghu fuq il-beni li jrid jiehu lura f'idejh. Din ir-regolawaslet biex holqot il-frazi "probatio diabolica" biex turi kemm huwa gholi l-grad mehtieg ta' provali jrid iressaq attur f'kawza ta' din ix-xorta: u dan ghaliex actore non probante reus absolvitur,filwaqt li in pari causa melior est conditio possidentis . Mhuwiex ghalhekk bizzejjed li l-attur jipprova li l-gid rivendikat m'huwiex tal-imharrek. Min-naha l-ohra, l-imharrek m'ghandu ghalfejn jipprova xejn, sakemm ma jgibx 'il quddiem huwa nnifsu l-eccezzjoni li t-titolu tal-gid rivendikat jinsab vestit fih. Dan jinghad ghaliex jekk fl-azzjoni rivendikatorja l-imharrek jiddefendi ruhu, mhuxfuq il-bazi tal-pussess, imma fuq dik ta' titolu, allura f'dak il-kaz il-Qorti jkollha tidhol f'ezami tat-titolu vantat mill-imharrek u tqis is-siwi tieghu bl-istess gharbiel li tqis it-titolu tal-attur rivendikant.

Huwa mehtieg li l-attur, f'kawza bhal din, igib provi ta' titolu li jkun originali u mhux derivattiv. B'tal-ewwel, l-awturi u d-duttrina tifhem dak it-titolu li jitnissel favur persuna minghajr ma jkun mghoddi lilu minn haddiehor, filwaqt li titolu derivattiv huwa dak fejn il-jedd jghaddi minghand persuna ghal ghand ohra. Dan ifisser li jista' jkun hemm kisba b'titolu originali wkoll fejn il-haga, qabel, kienet ta' haddiehor imma li tkun waslet ghand is-sid attwali minghajr ma tkun inghaddiet lilu mis-sid ta' qabel: dan isehh, per ezempju, fejn wiehed jikseb bil-pussess ghal zmien ta' izjed minn tletin sena bla ma qatt ikun gie mfixkel f'dak il-pussess, jew fejn wiehed izomm oggett mitluq minn haddiehor ghaz-zmien mehtieg.

Madankollu, u minhabba li f'xi kazijiet ikun impossibbli li wiehed juri titolu originali, sa minn dejjem gie moghti lir-rivendikantid-dritt li jipprova titolu ahjar minn dak tal-parti mharrka. Fi kliem iehor, meta l-kriterji rigoruzi tal-azzjoni rivendikatorja ma jistghux jitwettqu ghar-rigward tal-piz tal-prova tat-titolu, l-attur jinghata l-jedd li jipprova titolu ahjar minn tal-parti mharrka. Din l-azzjoni hija maghrufa bhala l-actio publiciana (in rem), li hija azzjoni rejali ta' ghamla petitorja fejn is-sahha tat-titolu huwa mkejjel inter partes u mhux, bhal fil-kaz tal-azzjoni rivendikatorja vera u proprja, erga omnes. Huwa rimedju li l-Qrati taghna tawh gharfien, ukoll fil-qafas ta' azzjoni ta' rivendika ta' gid minn idejn haddiehor.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info