Reference: 102/1997/2

Judgement Details


Date
01/12/2004
Court
OF APPEAL (CIVIL, INFERIOR)
Judiciary
SCIBERRAS PHILIP
Parties
LANZON RITA vs ZAMMIT CORDINA FRANCIS ET
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
LOKAZZJONI, DRITT TA` CESSJONI U SULLOKAZZJONI DISPONIBBLI EX LEGE SAKEMM MHUX ESKLUZI MILL-PARTIJIET - LOKAZZJONI, DRITTIJIET TA` SULLOKAZZJONI U CESSJONI JITQIESU ESKLUZI JEKK MHUX ESPRESSAMENT PERMESSI FIL-KAZ TA` KIRJA PROTETTA TAHT IL-KAP. 69 - LOKAZZJONI, DRITTIJIET TA` SULLOKAZZJONI U CESSJONI MA JINTILFUX FIL-FAZI TA` RILOKAZZJONI - LOKAZZJONI, KUNCETT TA` TWELLIJA - LOKAZZJONI, KWOTA INDIVIZA
Summary
Il-Qorti qieset illi bil-kelma "twellija" l-partijiet kontraenti fuq skritta ta' lokazzjoni kienu qeghdin jintendu kemm il-fatt tas-sullokazzjoni kif ukoll dik tac-cessjoni. Tant dan hu hekk li l-iskrittura nnifisha tirreferi kemm ghas-"sullokazzjoni" kif ukoll ghac-"cessjoni". Ma jistax allura jkun hemm dubbju dwar l-oggett tat-twellija u l-intenzjoni tal-kontraenti;

Il-lokazzjoni ta' kwota ndiviza ta' fond hi guridikament inaccettabbli. Fuq dan il-punt il-gurisprudenza taghna hi wahda pacifika.

Li jfisser li l-inkwilin ma jistax igawdi sehem indiviz minghajr ma jgawdi l-ishma l-ohrajn.

L-Artikolu 1614 (1) tal-Kodici Civili jiddisponi illi "l-kerrej ghandu jedd li jissulloka l-haga, jew li jcedi l-kiri taghha, meta din is-setgha ma tkunx giet lilu mnehhija fil-kuntratt". Ifisser allura illi jekk fil-kuntratt ta' ftehim dik is-setgha tigi vjetata lill-kerrej dankien certament jippriva lill-kerrej minn dritt li kellu skond il-ligi komuni, u jekk jigi li jiksertali stipulazzjoni ta' divjet dan kien certament jintitola lil sid il-fond li jitlob il-hall tal-kuntratt skond Artikolu 1555 ta' l-istess Kodici;

Trasferiment konsimili hu, imbaghad, vjetat bil-ligi specjali, ex-Artikolu 9 (a) tal-Kapitolu 69, u s-sid hu koncess dejjem jittermina l-kirja u jiehu lura l-fond meta jiskadi t-terminu u jekk il-kerrej ikun issulloka l-fond jew ceda l-kirja minghajr il-kunsens espress tas-sid. Kif ritenut, "biex il-kerrej ma jinkorrix fis-sanzjoni tal-ligi mhux bizzejjed li huwa jkun issulloka l-fond bil-kunsens tacitu jew prezunt tas-sid; imma jehtieg li dan il-kunens ikun espress".

Huwa fatt illi dment li l-pattijiet u l-kondizzjonijiet tal-kirjama jinbidlux, la bil-volonta` tal-partijiet jew mill-Bord fuq talba ad hoc fit-termini ta' l-Artikolu 14 tal-Kapitolu 69, dawk l-istess pattijiet u kondizzjonijiet jibqghu jimperaw meta l-kirja tidhol fil-fazi tar-rilokazzjoni. Ghaldaqstant anke ghal finijiet tal-ligi specjali patt li jikkoncedi d-dritt tas-sullokazzjoni jew tac-cessjoni jibqa' jipprevali u ma jistax igib l-effett li jippriva lil kerrej mid-dritt gja lilu moghti in forza tal-kuntratt;

Meta tinghata l-fakolta` tac-cessjoni jew sullokazzjoni basta li jithallas rigal u l-inkwilin il-gdid ikun persuna ben vista mis-sid, il-fatt li ssir cessjoni minghajr ma jigi informat is-sid ma jwassalx ghall-izgumbrament izda s-sid ikollu biss id-dritt ghar-rigal kemm-il darba l-inkwilin il-gdid ikun persuna accettabli ghalih. F'dan ir-rigward intqal illi lokatur ma jistax minghajr gusta kawza jirrifjuta arbitrarjament lis-subinkwilin.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info