Reference: 68/1999/1

Judgement Details


Date
01/12/2004
Court
OF APPEAL (CIVIL, INFERIOR)
Judiciary
SCIBERRAS PHILIP
Parties
GALEA MARY ET vs FALZON GEORGE ET
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
LOKAZZJONI, BAZI GHAL APPELL MILL-BORD TAL-KERA - LOKAZZJONI, BDIL TA` DESTINAZZJONI - AKKWIEXXENZA TAS-SID - LOKAZZJONI, BDIL TA` DESTINAZZJONI - GARAGE LI JINTUZA BHALA HANUT - LOKAZZJONI, ELEMENTI MEHTIEGA SABIEX GARAGE JEW REMISSA JIKKWALIFIKAW BHALA HANUT GHALL-FINIJIET TAL-KAP. 69 TAL-LIGIJIET TA` MALTA - LOKAZZJONI, GARAGE
Summary
Appelli minn sentenzi tal-Bord li Jirregola l-Kera rigwardanti materja relatati ma' l-Artikolu 9, konbinat ma' l-Artikolu 8, tal-Kapitolu 69 ma humiex limitati ghall-punt ta' ligi biss, kif hekk inhufil-kaz ta' decizjonijiet fuq aspetti ohra ta' l-istess ligi specjali. Huwa veru li kien hemm zmienmeta l-ligi specjali dwar il-kirjiet [Artikolu 25 (1), Kapitolu 109] ma kienetx tippermetti appellminn sentenza tal-Bord de quo hlief fuq punt ta' ligi maqtugh mill-Bord. Dik il-qaghda pero` giet radrizzata fl-1962 b' appozita emenda u minn dakinhar sal-lum Qorti ta' Appell hi fakoltizzata tirrevedi anke l-apprezzament ta' fatt maghmul mill-Bord fil-kaz specifiku ravvizat; [Artikolu 24 (1) (a),Kapitolu 69];

Il-qorti ta' revizjoni ma kellhiex bhala regola tissindika dan l-istess apprezzament tal-provi li jkun sar mill-Bord u li fuqhom ikun ibbaza d-decizjoni tieghu. Mill-banda l-ohra hu wkoll terren guridikament pacifiku illi din il-Qorti kienet fid-dmir li tissindika dan l-apprezzament u anke tasal ghal konkluzjoni diversa minn dik li jkun wasal ghaliha l-ewwel tribunal jekk tkun konvinta illi altrimenti tkun ser tigi kagonata ingustizzja manifesta.

Trattandosi ta' kirja ta' garage ghandu jigi osservat in linea generali illi fond bhal dan hu protett mil-ligi dwar it-Tigdid tal-Kiri ta' Bini (Kapitolu 69). Dan s' intendi fis-sens illi dan l-istess Kapitolu japplika, fil-limiti tad-disposizzjonijiet tieghu, ghal kull fond urban. Dik l-istess protezzjoni pero` tvarja fil-grad taghha skond in-natura u l-uzu li ghalih il-garage hu destinat. Hekk meta jirrizulta li l-kirja tkun ta' garage ad uzu kummercjali dan jircievi, bl-operat tal-Artikolu 12, protezzjoni magguri in kwantu l-ligi tekwipara l-fond ghal dan l-uzu bhala hanut. Invece, kirja ta' garage ghall-uzu domestiku (ad exemplum, ghal karozzi privati) ma tircevix din l-istess protezzjoni specjali li jgawdi hanut fit-termini ta' l-istess ligi.

Avolja fi ftehim ta' lokazzjoni jkun hemm divjet li l-inkwilin jaghmel uzu mill-garage ghan-negozju jew jistiva fih materjal konness ma' mestjier jewnegozju, xorta wahda l-fond jigi konsiderat bhala hanut jekk dan jigi uzat bhala tali bil-konoxxenzajew akkwiexxenza tas-sid. Dan ghaliex, kif ritenut, "patt miftiehem fi skrittura jista' jigi varjat jew rinunzjat bil-kunsens, anke tacitu, tal-partijiet".

Jekk is-sid ikun jaf li l-kerrej kien qed juza l-fond bhala hanut u ma pprotestax, jew ma sabx oggezzjoni ghal dan l-uzu, jigi li ta l-kunsens tieghu tacitament ghal dan l-uzu, u ma jistax jallega kontra l-kerrej uzu divers minn dak lighalih il-fond originarjament kien mikri.

Il-kelma 'garage' ma ghandhiex fiha nnifisha kontenut legali, u ta' spiss tigi uzata ghal fond li jkun mikri ghal skopijiet diversi. B' mod illi, jekk fond jinkera bhala hanut (jew jigi wzat bhala tali) xejn ma jiswa illi fir-ricevuti jigi ndikat bhala garage.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info