Reference: 962/1988/1

Judgement Details


Date
30/11/2004
Court
CIVIL COURT, FIRST HALL
Judiciary
CUSCHIERI NOEL
Parties
GRECH AIC JOSEPH vs VELLA JOSEPH ET PRO ET NOE
ECLI
N/A
Judgement Type
PARTIAL SENTENCE

Keywords / Summary


Keywords
KUNTRATT, OGGETT DETERMINABBLI - KUNTRATT, OGGETT DETERMINAT
Summary
L-Artikolu 983 tal-Kodici Civili fis-sub inciz [1] jiddisponi li "L-obbligazzjoni ghandu jkollha b'oggett taghha haga determinata, ghall-inqas ghal dik li hija l-ispeci taghha." Minn dan ghandu jirrizulta evidenti li dak li tirrikjedi l-ligi mhux li l-oggett jigi "identifikat bil-preciz" imma li jkun determinat ghall-inaqas fl-ispecie tieghu. Speci fil-lingwagg tal-Kodici hija dik li fix-xjenzatissejjah generu, haga determinata mhux bil-karatteristici individwali taghha li jiddistingwuha mill-ohrajn imma ghal dawk li jkunu komuni ghal certu numru ta' individwi. Purche' l-oggett ikun determinabbli l-vot tal-ligi huwa sodisfatt. L-oggett tal-obbligazzjoni ghandu jkun determinat jew almenudeterminabbli; inkella l-obbligazzjoni tkun nulla. Inoltre, mhux mehtieg li l-oggett ikun determinat jew determinabbli meta titnissel l-obbligazzjoni, imma huwa bizzejjed li jista' jigi determinat meta l-obbligazzjoni tasal biex tigi ezegwita. Dak li ma tridx il-ligi huwa li d-debitur ikun jista'jinheles bi prestazzjoni illusorja ghax f' dan il-kaz ikunu jonqsu l-elementi sabiex wiehed ikun jista' jasal b'modo anki indirett ghad-determinazjoni perfetta.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment