Referenza: 12/1993/1

Dettalji tas-Sentenza


Data
03/11/2004
Qorti
OF APPEAL (CIVIL, INFERIOR)
Ġudikatura
SCIBERRAS PHILIP
Partijiet
CARUANA GREZZJU ET vs DEGABRIELE GUZEPPI
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
LOKAZZJONI, RIPRESA MINHABBA BZONN TAS-SID - ART AGRIKOLA
Fil-Qosor
Sabiex il-Bord li Jikkontrolla l-Kiri tar-Raba jilqa' talba ghal ripresa minhabba bzonn tas-sid:

(a) Il-Bord kellu jkun sodisfatt illi s-sid tar-raba kien jehtiegu biex jigi wzat ghal skopijiet agrikoli minnu personalment jew minn xi membru tal-familja. Din il-prova kellha ssir qabel kolloxu fl-ewwel lok minn sid il-kera;

(b) Il-kerrej kellu mbaghad jipprova li r-raba in kwistjonikien fonti importanti ta' l-ghixien tieghu u tal-familja tieghu;

(c) Jekk dan l-element jigisodisfacentement pruvat mill-kerrej, il-Bord kellu jikkonduci l-ezami komparattiv li l-ligi tesigibiex ikun sodisfatt li l-kerrej kien ser ibati aktar minn sid il-kera jekk ir-rikors jigi milqugh.";

Issa kwantu jolqot il-proposizzjoni nkwadrata taht il-paragrafu (a) jinsab deciz illi d-disposizzjoni tas-subinciz 2(a) ta' l-Artikolu 4 "tistabbilixxi bhala prerekwiziti sine qua non ghar-ripreza tal-fond fuq din il-kawzali (a) li r-ripresa tkun mehtiega ghal skopijiet agrikoli; (b) illi sid il-kera kien qed jitlob ripreza tieghu biex juza r-raba personalment jew biex jigi wzat minn xi membru tal-familja tieghu personalment; (c) li allura l-persuna, kwalifikata skond din id-disposizzjoni biex taghmel uzu mir-raba, tkun gabillott.

F' dan, mid-dicitura ta' l-istess Artikolu 4 (2), jidher li l-ligi riedet taghti lill-Bord diskrezzjoni ampja u halliet l-apprezzament tac-cirkostanzi fil-prudenza ghaqlija tieghu biex jiddeciedi jekk ir-rikorrenti ssodisfawx l-element tal-bzonn.

Hawnhekk il-kerrej ilmenta ruhu mill-fatt illi l-Bord ma hax konjizzjoni tat-tibdil fil-qaghda tieghu meta ntemmlu l-impjieg bhala bennej u ghadda biex assuma x-xoghol fir-raba bhala "full timefarmer". Il-Qorti izda qiest li kieku kellha taccetta dan l-ilment ta' l-appellant tkun qed tirriskja li tiftah il-bieb berah ghal kull min fil-kors tal-proceduri jfettillu bil-volonta unilaterali tieghu jimmodifika u jvarja l-istat ta' fatt minn dak li kien fil-bidu tal-proceduri. Dan bir-riskjuovvju li tigi stultifikata kull talba konsimili ghal din intiza ghar-ripreza tar-raba fuq il-bazi tal-bzonn u jew wkoll ghal kull talba taht xi wiehed mill-motivi l-ohra elenkati mil-ligi fl-Artikolu4(2) tal-ligi specjali (Kapitolu 199).




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni